Tuesday, February 18, 2025

UCL: Liverpool jispiċċaw fil-quċċata tal-Fażi tal-Kampjonat minkejja telfa kontra PSV

Aqra wkoll

Meta ntlagħbet l-aħħar jew aħjar it-tmien ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, sar magħruf il- kwadru kollu –  it-tmien timijiet li kisbu kwalifikaz­zjoni diretta għall-Aħħar 16 … is-16-il team li se jilagħbu fil-play-offs … u t-12-il team li sfaw eliminati.  

It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel tmien postijiet hu­ma: Liverpool, Barcelona, Arsenal, Inter, Atle­tico Madrid, Leverkusen, Aston Villa u Lille.

PSV v Liverpool – B’team kompletament mibdul, Li­verpool marru għand PSV Eindhoven u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2 iżda xorta waħda spiċċaw fil-quċċata ta’ din il-fażi. Il-goals tal-Olandiżi wasly minn Johan Bakayoko (35) u doppjetta ta’ Ismael Saibari (45, 45+3) filwaqt li Cody Gakpo (38 pen) u Havey Elliot (40) skorjaw għal Liverpool li kellhom lil Amara Nallo (87) imkeċċi. 

Barcelona v Atalanta – F’darhom Barcelona ġew miżmuma minn Atalanta bl-iskor ta’ 2-2. Lamine Yamal (47) u Ronald Araujo (73) skorjaw għal Barca filwaqt li Ederson (67) u Mario Pasalic (79) wieġbu għal Atalanta.   

Girona v Arsenal– Arsenal dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Girona bl-iskor ta’ 2-1. Kien Arnaut Danjuma (28) li fetaħ l-iskor għall-Ispanjoli iżda Jorginho (38 pen) u Ethan Nwaneri (42) dawru r-riżultat favur il-Gunners. 

Din. Zagreb v Milan – Barra minn darhom Milan sfaw megħluba minn Dinamo bl-iskor ta’ 2-1, b’goals minn Martin Baturina (19) u Marko Pjaca (60) filwaqt li Christian Pulisic (53) wieġeb għal Milan li kel­lhom lil Yunus Musah (39) imkeċċi.

Inter v Monaco – Inter ospitaw lil Monaco u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ hat-trick ta’ Lautaro Martinez (4 pen, 16, 67). 

Fit-12-il minuta, il-Fran­ċiżi tkeċċielhom Christian Mawissa għal karta ħamra diretta. 

Aston Villa v Celtic – Aston Villa ssuperaw lil Cel­tic bl-iskor ta’ 4-2, b’goals minn Morgan Rogers (3, 5, 92) u Ollie Watkins (60) filwaqt li Adam Idah (36, 38) wieġeb għall-Iskoċċiżi.

Man City v Club Burgge– Manchester City dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Club Brugge 3-1 biex ikkwalifikaw għall-play-offs. 

Kien Raphael Onyedika (45) li fetaħ l-iskor għall-Belġjani iżda Mateo Kovacic (53), auto-goal ta’ Joel Ordonez (62) u Savinho (77) taw ir-reb­ħa lis-City.

Stuttgart v Paris SG– Paris St-Germain kisbu reb­ħa komda ta’ 4-1 fuq Stuttgart bl-iskorers ikunu Bradley Barcola (6) u Ousmane Dembele (17, 35, 54). Chris Fuhrich (78) skorja għal Stuttgart. 

Juventus v Benfica – F’darhom Juventus sfaw megħluba minn Benfica bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Vangelis Pavlidis (16) u Orkun Kokcu (81). 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport