Fl-ewwel programm tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Liverpool sfaw megħluba minn Galatasaray bl-iskor ta’ 1-0 filwaqt li Tottenham Hotpsur ġew umiljati minn Atletico Madrid bl-iskor ta’ 5-2.
Galatasaray v Liverpool – Barra minn darhom Liverpool iddiżappuntaw fil-wirja tagħhom hekk ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 1-0 minn Galatasaray. Il-goal wasal minn daqqa ta’ ras ta’ Mario Lemina, fis-seba’ minuta.
Iż-żewġ timijiet kellhom goal imħassar – Victor Osimhen (Galatasaray) għal offside u Ibrahima Konate (Liverpool) għal handball.
Atalanta v Bayern M. – Bayern Munich komplew għaddejjin bis-sensiela pożittiva u prattikament qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-kwarti-finali meta marru għand Atalanta u ssuperawhom bl-iskor ta’ 6-1, bl-iskorers ikunu Josip Stanisic (12), Michael Olise (22, 64), Serge Gnabry (25) u Nicolas Jackson (52) filwaqt li Mario Pasalic (93) wieġeb għat-team ospitu.
Atletico M. v Tottenham H. – Tottenham Hotspurs marru Spanja u sfaw umiljati minn Atletico Madrid bl-iskor ta’ 5-2 biex dawn tal-aħħar viċin li “jaċċertaw” posthom mal-aħħar tmienja.
Marcos Llorente (6), Antoine Griezmann (14), Julian Alvarez (15, 55) u Robin Le Normand (22) skorjaw għall-Madrileni filwaqt li Pedro Porro (26) u Dominic Solanke (76) wieġbu għal Spurs.
Newcastle U. v Barcelona – F’partita mill-aktar eċċitanti, Newcastle United u Barcelona temmew fi draw ta’ 1-1. Newcastle kien resqin lejn rebħa b’goal ta’ Harvey Barnes (86) iżda Lamine Yamal (95 pen) kiseb id-draw għall-Katalani.

