Friday, November 15, 2024

UCL: Liverpool se jiffaċċjaw polza diffiċli fl-Aħħar 16

Aqra wkoll

Minkejja li Liverpool għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 2-0 fl-aħħar logħba fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, huma xorta waħda spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp A.

Dan minħabba li għalkemm spiċċaw punti ndaqs mal-istess Napoli, dawn tal-aħħar kellhom differenza ta’ żewġ goals aħjar. 

Għaldaqstant meta nhar it-Tnejn jittellgħu l-poloz tal-Aħħar 16, ir-Reds mistennija jiffaċċjaw avvesarji diffiċli, jiġifieri, ir-rebbieħa tal-gruppi l-oħrajn, bl-eċċezzjoni ta’ Napoli u t-tliet timijiet Ingliżi li rebħu l-grupp tagħhom. Dawn huma Chelsea, Manchester City u Tottenham Hotspur. Dan minħabba li f’dan ir-round timijiet mill-istess pajjiż ma jilagħbux kontra xulxin. 

L-avversarji possibbli għal Liverpool huma Porto, Bayern Munich, Real Madrid, RB Leipzig u Paris Saint-Germain jew Benfica bil-pożizzjoni ta’ dawn l-aħħar żewġ timijiet tkun magħrufa l-Erbgħa filgħaxija.

Ekonomija

Sport