Wednesday, December 25, 2024

UCL: Liverpool u Bayern Munich fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tat-tieni leg tar-round tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Liverpool u Ba­yern Munich saru l-ewwel żewġ timijiet li għaddew għall-kwarti-finali meta għel­bu b’aggregate lil Inter u lil Salzburg rispettivament. 

Liverpool v Inter – Min­kejja li sfaw megħluba minn Inter bl-iskor ta’ 1-0, Liverpool ikkwalifikaw għall-kwarti-finali b’aggregate ta’ 2-1.  

Wara bidu bilanċjat kienu r-Reds li resqu viċin li jiftħu l-iskor meta fil-31 minuta d-daqqa ta’ ras ta’ Joel Matip ġiet imċaħ­ħda mill-mimduda u minuta wara Milan Skriniar salva d-daqqa ta’ ras ta’ Virgil van Dijk minn fuq il-linja fatali.

Fit-52 minuta kien imiss lil Mohamed Salah li jiġi mċaħħad minn sieq il-lasta.

Ta’ dan in-nuqqas kien Lautaro Martinez (62) li fetaħ l-iskor għal Inter. Iżda minuta wara tkeċċa Ale­xis Sanchez għat-tieni karta safra wara foul fuq Fa­binho.

Fis-78 minuta Salah reġa’ laqat il-lasta biex Liverpool ma setgħux jiskorjaw.  Lejn it-tmiem Arturo Vidal salva goal ċert fuq Luis Diaz.  

Bayern M. v Salzburg – Bayern Munich għaddew mal-aħħar tmienja meta għelbu lil Salzburg 7-1 għal aggregate ta’ 8-2. 

Kienu Salzburg li ħarġu tajjeb biex jippruvaw jixħtu l-pressjoni fuq Bayern iżda kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor fit-12-il mi­nuta meta ngħataw penalty meta Robert Lewandowski twaqqa’ fil-kaxxa minn Max Wober biex mill-11-il metru l-attakkant Pollakk ma żbaljax. 

Seba’ minuti wara, seħ­ħet  azzjoni foto-kopja meta l-istess Wober rega’ waqqa’ lil Lewandowski fil-kaxxa u permezz tal-VAR ingħataw penalty ieħor u Robert Lewandowski ma ħafirx. 

Demoralizzat u diżullużi għall-aħħar, l-Awstrijaċi naqsu milli jirriorganizzaw biex fit-23 minuta, Robert Lewandowski skorja t-tielet goal personali u t-tielet għal Bayern.

Il-goals l-oħra waslu minn Serge Gnabry (31),  doppjetta  ta’ Thomas Muller (54, 83) u Leroy Sane (85) filwaqt li  Maurits Kjaergaard (70) wieġeb għal Salzburg.

Ekonomija

Sport