Friday, November 15, 2024

UCL: Liverpool umiljati minn Napoli

Aqra wkoll

Fit-tieni programm tal- ewwel ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League spikkat ir-rebħa ta’ Napoli hekk kif ġabu fix-xejn lil Liverpool bl-iskor ta’ 4-1.     

Grupp A – Napoli ospitaw lil Liverpool u umiljawhom bl-iskor ta’ 4-1 b’goals minn Piotr Zielinski (5 pen, 47), Andre Zambo Anguissa (31) u Giovanni Simeone (44) filwaqt li Victor Osimhen (19) falla penalty. Għal Liverpool skorja Luis Diaz (47).

Il-Partenopei esponew id-dgħufija fil-midfield ta’ Liverpool hekk kif kien miftuħ beraħ biex setgħu jimmanuvraw … jiftħu l- logħob min-naħa għall-oħra …. u jiskorjaw … b’din tkun l-agħar telfa għat-team ta’ Jurgen Klopp.

Ajax kellhom bidu ferm pożittiv me­ta f’darhom għelbu lil Ran­gers bl-iskor ta’ 4-0 bil-goals jaslu minn Edson Alvarez (17), Steven Berghuis (32), Mohammed Kudus (33) u Steven Bergwijn (80).

Grupp B – Atletico Mad­rid għelbu lil Porto 2-1 b’goals minn  Mario Hermoso (91) u Antoine Griezmann (99) filwaqt li Mateus Uribe (96 pen) wieġeb għal Porto.

Club Brugge kellhom bidu tajjeb f’din il-kompetizzjoni meta għelbu lil Bayer Leverkusen bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Abdoul Karim Sylla (42).

Grupp C – F’partita mis­tennija, Bayern Munich marru għand Inter u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu  minn Leroy Sa­ne (25) u minn auto-goal ta’ Danilo D’Ambrosio (66).

Jidher li Barcelona nsew il-problemi finanzjarji li għaddew minnhom matul is-sajf meta għelbu lil Viktoria Plzen bl-iskor ta’ 3-1.

Kien Franck Kessie (13) li fetaħ l-iskor għall-Katalani filwaqt li s-solitu Robert Lewandowski (34, 45, 67) irreġistra hat-trick, bil-goal l-ieħor jasal minn Ferran Torres (71). 

Grupp D – Sporting Lisbon kisbu rebħa tajba meta barra minn darhom għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals kollha jiġu skorjati fit-tieni taqsima minn Marcus Edwards (65), Francisco Trin­cao (67) u Nuno Santos (82).

Tottenham kellhom jit­ħabtu biex għelbu lil Marseille bl-iskor ta’ 2-0. Infatti huma skorjaw il-goals wara li t-team Franċiż kellu lil Chancel Mbemba (47) imkeċċi.  Iż-żewġ goals waslu  minn Richarlison (76, 81).

Ekonomija

Sport