Wednesday, December 11, 2024

UCL: Liverpool viċin il-kwalifikazzjoni diretta għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab is-sitt ġurnata tal-Fa­żi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, Liverpool għamlu pass kbir lejn kwalifikazzjoni diretta me­ta barra minn darhom għelbu lil Girona bl-iskor ta’ 1-0.   

Issa huma jridu jistennew ir-riżultati tal-lum … u jekk it-team ikklassifikat fid-disa’ post ma jilħaqx it-12-il punt, ir-Reds ikunu l-ewwel team li jgħaddi għall-Aħħar 16. 

Girona v Liverpool– Fil-150 partita f’din il-kompetizzjoni, Liverpool marru għand Girona u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal minn penalty ta’ Mohamed Salah (63) li kien il-50 goal tiegħu fil-kompetizzjonijiet Ewopej. 

Atalanta v Real Madrid –  Real Madrid marru għand Atalanta u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2 biex baqgħu jżommu t-ta­miet ħajjin li jikkawlifikaw għall-play-offs.  L-iskorers tal-Madrileni kienu Kylian Mbappe (10), Vinicius Junior (56) u Jude Bellingham (59) filwaqt li Charles De Ketelaere (45 pen) u Ademola Lookman (65) wieġbu għall-Berga­maschi li sofrew l-ewwel telfa.   

Leverkusen v Inter– Bayer Leverkusen telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Nordi Mukiele (91).  

Brest v PSV – Brest telgħu fit-tielet post tal-klassifika meta ssuperaw lil PSV Eindhoven bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal minn Julien Le Cardinal (43). 

Club Brugge v Sporting – Club Brugge għelbu lil Sporting bl-iskor ta’ 2-1. 

Il-Portugiżi kellhom bi­du mill-aqwa meta fetħu l-iskor minn Geny Catamo M(3) iżda l-Belġjani dawru telfa f’rebħa minn minn auto-goal ta’ Eduardo Quaresma (24) u Casper Nielsen (84).  

Salzburg v Paris SG – Pa­ris St-Germain marru l-Awstrija u għelbu lil Salzburg bl-iskor ta’ 3-0 biex baqgħu jittamaw li jilagħbu fil-play-offs.

It-tliet goals tagħhom ġew skorjati minn Goncalo Ramos (30), Nuno Mendes (72) u Desire Doue (85).  

Leipzig v Aston Villa – F’partita mill-aktar pjaċevoli, Aston Villa għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-2. 

Il-goals tat-team Ingliż waslu minn John McGinn (3),  Jhon Duran (53) u Ross Barkley (85) filwaqt li Lois Openda (27) u Christoph Baumgartner (62) wieġbu għal Leipzig.

Shakhtar v Bayern M.– F’partita li ntlagħbet fil- Veltins Arena ta’ Schalke, fil-Ġermanja, Bayern  Munich għelbu lil Shakhtar Donetsk 5-1, b’goals minn Konrad Laimer (11), Tho­mas Muller (45), Michael Olise (70 pen, 90) u Jamal Musiala (87) wara li Kevin (5) fetaħ l-iskor għal Shakhtar.

 Din. Zagreb v Celtic – Minkejja li Celtic iddominaw għal bosta ħinijiet għand Dinamo Zagreb, huma kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 0-0. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport