Friday, November 15, 2024

UCL: Man City u Inter b’nofs sieq fis-semi-finali

Aqra wkoll

Man City v Bayern Munich

Manchester City ikkonvinċew bis-sħiħ meta għelbu lil Bayern Munich bl-iskor ta’ 3-0, biex issa għandhom sieq u nofs fis-semi-finali.

Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet biss it-tieni darba fil-41 partita preċedenti li Bayern naqsu milli jsibu x-xibka.

Il-Blues fetħu l-iskor permezz ta’ goal mill-isbaħ ta’ Rodri (27).

Ftit wara huma tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta Ilkay Gundogan kellu x-xutt tiegħu salvat bi bravura mill-goalkeeper tal-Bavarjani, Sommer.

Bayern Munich wieġbu permezz ta’ Leroy Sane li kellu t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Man City, Edersen.

Iżda kienu s-City li rduppjaw l-iskor permezz ta’ Bernardo Silva (70), qabel ma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal minn Erling Braut Haaland (76).

Benfica v Inter

Inter barra minn darhom kisnu rebħa tajba ta’ 2-0 kontra l-ġganti Portugiżi, Benfica, biex għalkemm skorjaw goal inqas minn Man City, għandhom ċans tajjeb li jagħmluha mal-aħħar erbgħa ta’ din il-kompetizzjoni.

Din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Benfica wara t-telfa ta’ nhar il-Ġimgħa kontra r-rivali Porto fil-Kampjonat Portugiż.

Inter fetħu l-iskor permezz ta’ Nicola Barella (51). Huma komplew fuq l-offensiva u fid-79 minuta Denzel Dumfries kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata bi bravura mill-goalkeeper ta’ Benfica, Vlachodimos. Fid-79 minuta, Inter rebħu penalty meta Joao Mario miss il-ballun f’idu fil-kaxxa wara cross ta’ Dumfries.

Mill-11il metru nkariga ruħu l-ispeċjalista Romelu Lukaku li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka (82).

Fil-ħin miżjud, Benfica, tilfu ċans tad-deheb li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta Goncalo Ramos kellu xutt angolat fil-baxx salvat minn mal-art bi bravura liema bħalha mill-goalkeeper ta’ Inter, André Onana.

Ekonomija

Sport