Man Utd għandhom sieq waħda fil-kwarti-finali tal-UEFA Europa League, meta għelbu lil Real Betis bl-iskor kbir ta’ 4-1. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Juventus li kellhom jitħabtu biex għelbu lil Freiburg bl-iskor ta’ 1-0.
Man Utd v Real Betis – Man Utd kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 kontra l-Ispanjoli ta’ Real Betis, bl-iskorers għalihom ikunu Marcus Rashford (6), Antony (52), Bruno Fernandes (58) u Wout Weghorst (84). Ayoze Perez (32) kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għall-Ispanjoli.
Juventus v Freiburg – Juventus kisbu rebħa ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Angel Di Maria (53).
Roma v Real Sociedad – Roma kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Real Sociedad, bl-iskorers għalihom ikunu Stephan El Shaarawy (13) u Marash Kumbulla (87).
Sevilla v Fenerbahce – Sevilla għelbu lil Fenerbahce bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu minn Joan Jordan (56) u Erik Lamela (85).
Union Berlin v St Gilloise – Fil-konfront bejn Union Berlin u St Gilloise – it-team li miegħu jilgħab il-player internazzjonali Malti, Teddy Teuma, irriżultaw sitt goals, hekk kif dawn iż-żewġ timijiet temmew il-partita fi draw ta’ 3-3. Il-goals għall-Ġermaniżi waslu minn Josip Juranovic (42), Robin Knoche (69) u Sven Michel (89). Dan filwaqt li l-iskorers għall-Belġjani kienu Victor Boniface li rreġistra doppjetta personali (28, 72) u Yorbe Vertessen (58)
UEFA CONF. LEAGUE
Larnaca v West Ham – West Ham għelbu lil AEK Larnaca bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn doppjetta personali ta’ Michail Antonio (38, 47).
Anderlecht v Villarreal – Anderlect u Villareal temmew il-konfont ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, b’Manu Trigueros (28) jiftaħ l-iskor għall-Ispanjoli, waqt li Anders Dreyer (57) ġab l-iskor indaqs għall-Belġjani.
Fiorentina v Sivasspor –Fiorentina kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Sivasspor, bl-uniku goal għalihom jasal minn Antonin Barak (69). Sivasspor spiċċaw il-partita jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, l-player Max-Alain Gradel (94).