Wednesday, December 25, 2024

UCL: Manchester City b’vantaġġ minimu fuq Real Madrid

Aqra wkoll

Manchester City ………4

Real Madrid ……………3

F’partita mill-aktar eċċitanti, Manchester City għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 4-3 fl-ewwel leg tas-semi-finali tal-UEFA Champions League biex kollox għadu miftuħ beraħ.

Huma ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss 90 sekondi fetħu l-iskor. 

L-azzjoni bdiet minn cross insidjuż ta’ Riyad Mah­rez minn tarf il-kaxxa fejn Kevin De Bruyne kien ġej bil-ġirja u nqata’ minn mal-art biex b’daqqa ta’ ras għeleb lill-goalkeeper Thibaut Courtois. 

U fil-11-il minuta, huma rduppjaw meta Phil Foden għadda lejn De Bruyne li xeħet għan-nofs fejn id-di­fensur ta’ Real Madrid, David Alaba, deher li se jantiċipa iżda l-ballun waqa’ għand Gabriel Jesus li kien pront xeħet il-ballun fix-xib­ka.  

B’dan il-vantaġġ, l-Ingliżi komplew jiddominaw iżda fallew ċansijiet faċli minn Phil Foden, Mahrez u Jesus. U ta’ dan pattew qares għax mal-ewwel ċans, fit-33 minuta, Real Madrid naqqsu l-marġni tal-iskor minn Karim Benzema li kkonkluda mill-cross ta’ Ferland Mendy.  

Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Mahrez kien sfortunat meta ġie mċaħħad mil-lasta. 

Iżda, fit-53 minuta, is-City kabbru l-iskor minn Phil Foden wara xogħol tajjeb ta’ Fernandinho. Iżda appena għaddew żewġ minuti, il-Madrileni wieġbu b’goal ta’ Vinicius Junior. 

Madankollu, is-Citizens baq­għu jiddominaw u ma kie­net l-ebda sorpriża li reġ­għu kabbru l-iskor minn ka­nunata ta’ Bernardo Silva. 

Iżda fit-82 minuta, Karim Benzema fetaħ beraħ dan il-konfront meta skorja mill-11-il metru wara hands ta’ Aymeric Laport. 

Ekonomija

Sport