Wednesday, December 25, 2024

UCL: Manchester United jirbħu b’żewġ goals fl-ewwel taqsima

Aqra wkoll

Meta l-Ħamis intlagħbet it-tieni ġurnata tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League, l-attenzjoni prinċipali kienet mixħuta fuq Manchester United li barra minn darhom għelbu lil FC Sheriff Tiraspol bl-iskor ta’ 2-0 iżda Lazio sofrew telfa kbira ta’ 5-1 għand Midtjylland.

UEFA EUROPA LEAGUE

FC Sheriff v Man Utd – Manchester United insew it-telfa ta’ 1-0 li sofrew f’darhom kontra Real Sociedad il-ġimgħa li għaddiet, hekk kif marru l-Moldova u għelbu lil FC Sheriff Tiraspol bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fl-ewwel taqsima minn Jadon Sancho (17) u Cristiano Ronaldo (39) permezz ta’ penalty biex dan kien l-ewwel goal tiegħu f’dan l-istaġun.

Real Sociedad v Omonia – Real Sociedad telgħu fil-quċċata ta’ Grupp E meta għandhom punti massimi wara li għelbu lil Omonia Nicosia bl-iskor ta’  2-1 bil-goals jaslu minn Ander Guevara (30) u Alexander Sorloth (80) filwaqt li Bruno (72) kiseb id-draw momentarju għaċ-Ċiprijotti.

Arsenal v PSV Eindhoven – Il-partita bejn Arsenal u PSV Eindhoven ġiet posposta minħabba li kien hemm nuqqas ta’ personell tas-sigurtá min­ħabba l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II li ntużaw kollha biex tinżamm l-ordni fil-belt ta’ Londra.

Midtjylland v Lazio – Lazio marru n-Norveġja u kontra kull mistenni sofrew umiljazzjoni ta’ 5-1 kontra Midtjylland.

Il-goals waslu minn Paulinho (26), Sory Kaba (30), Evander (52 pen), Gustav Isaksen (67) u Erik Sviatchenko (72) filwaqt li Sergej Milinkovic-Savic (57) wieġeb għat-team Taljan.

Feyenoord v Sturm Graz – Feyenoord irreġistraw l-akbar rebħa tal- ġurnata meta ospitaw lil Sturm Graz tal-Awstrija u għelbuhom bl-iskor ta’ 6-0 liema goleada waslet minn Alireza Jahanbakhsh (9, 41), David Hancko (31), Danilo (34), Santiago Gimenez (66) u Oussama Idrissi (78).

St Gilloise v Malmo – St Gilloise għelbu lil Malmo 3-2, bil-player Malti Teddy Teuma (69) jiskorja għat-team Belġjan flimkien ma’ Christian Burgess (17) u Victor Boniface (71). Għal Joseph Ceesay (6) u Thelin Isaac Kiese (57) skorjaw għal Malmo.

Roma v HJK Helsinki – Roma laqgħu lill-Finlandiżi ta’ HJK Helsinki u reb­ħulom bl-iskor ta’ 3-0. Wara li Helsinki spiċċaw jilagħbu bi player inqas bit- tkeċċija ta’ Miro Tenho (15), il-Giallorossi skorjaw tliet darbiet minn Paulo Dybala (47), Lorenzo Pellegrini (49) u Andrea Belotti (68).

UEFA CONFERNCE LEAGUE

Silkeborg v West Ham – West Ham marru d-Danimarka u għelbu lil Silkeborg bl-iskor ta’ 3-2. Għall-Hammers skorjaw Manuel Lanzini (13 pen), Gianluca Scamacca (15) u Craig Dawson (38) wara li Kasper Kusk (5) fetaħ l-iskor għat-team ospitu filwaqt li Soren Tengstedt (75) naqqas il-marġni.

Istanbul B. v Fiorentina – Barra minn darhom Fiorentina sfaw megħluba minn Istanbul Basaksehir tat-Turkija bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals jaslu fit-tieni taq­sima minn doppjetta ta’ Serdar Gur­ler (57, 71) u Bertrand Traore (92).

Gent v Shamrock R.  – L-avversarji ta’ Hibernians (fl-ewwel round ta’ kwa­lifikazzjoni tal-UEFA Champions Lea­gue), Shamrock Rovers, saw megħluba minn Gent bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Hugo Cuypers (9) u Vadis Odjidja (18, 65).

Ekonomija

Sport