Tuesday, January 21, 2025

UCL: Mil-lum jibdew jikkwalifikaw it-timijiet għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta llum u għada tintlagħab is-seba’ ġur­nata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Cham­pions League, jibdew isiru magħrufa t-timijiet li se jikkwalifikaw għall-Aħħar 16 kif ukoll dawk li jibdew jiġu eliminati. 

Dan ikun ifisser li l-ewwel tmien timijiet jgħaddu direttament għal din il-fażi, bis-16-il team ta’ wara (jiġifieri dawk li jikklassifikaw mid-disa’ sal-24 post) ikunu jridu jilagħbu fi play-off fuq żewġ legs.  

Liverpool v Lille  – Li­verpool jinsabu fil-quċċata ta’ din il-fażi b’punti massimi u jinsabu biss punt bogħod mill-kwalifikazzjoni meta jospitaw lil Lille ta’ Franza li jinsabu fit-tmien post. 

Bħalissa, it-team immex­xi mill-manager, Arne Slot, jinsab għaddej minn forma tajba hekk kif ukoll qed jillidja l-Premier League Ingliż u għaldaqstant mistenni li jilħaq l-objettiv tiegħu.  

Ir-Reds se jkunu mingħajr Joe Gomez u Diogo Jota li qed jirkupraw minn injury. 

Min-naħa ta’ Lille, dawn kienu “sorpriża” hekk kif għelbu timijiet bħal Real Madrid (1-0) u Atletico Mad­rid (3-1).

Wara din il-partita huma jagħlqu bil-konfront f’darhom kontra Feyenoord. 

Benfica v Barcelona  – Barcelona, li jinsabu fit-tieni post, imorru jilagħbu l-Portugall għand Benfica li  jinsabu fil-15-il post iżda tliet punti ‘l bogħod minn kwalifikazzjoni awtomatika. 

Dan għandu jkun konfront mill-aktar interessanti hekk kif rebħa għal Benfica tpoġġihom żewġ punti fuq il-Katalani filwaqt li rebħa għal dawn tal-aħħar taqtagħlhom il-passaġġ mal-ewwel tmienja. 

Barca għandhom  lil Dani Olmo għad-dispozizzjoni iżda ma jistgħux jutlizzaw lill-imweġġgħin Andreas Christensen, Marc Bernal u l-goalkeeper, Marc Andre ter Stegen.

Arsenal v Dinamo Zag­reb  – Arsenal iridu jinsew b’mod temporanju il-forma tal-kampjonat u jikkonċentraw fuq din il-partita li tista’ tevitalhom li jkunu fil-play-offs ta’ din il-kompetizzjoni. 

Il-moral tal-Gunners ma tantx huwa għoli hekk kif fi tmiem il-ġimgħa huma tilfu vantaġġ ta’ żewġ goals biex ġew miżmuma minn Aston Villa bl-iskor ta’ 2-2 biex fallew żewġ punti importanti fl-isfida tagħhom għar-rebħ tal-Premier Lea­gue Ingliż.

Huma ma jistgħux jinkludu lil Bukayo Saka, Gabriel Jesus, Ethan Nwaneri u William Saliba li jinsabu mweġġgħin. 

Paris SG v Manchester City  – Dan għandu jkun konfront klassiku bejn żewġ timijiet li ddiżappuntaw bil-kbir u jinsabu f’pożizzjoni li t-tnejn jistgħu jiġu eliminati. 

Filwaqt li Manchester City jinsabu fit-22 post, il-Pariġini jinsabu tliet postijiet warajhom fiż-żona tal-eliminazzjoni. 

Għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji taż-żewġ timijiet. Rebħa għall-Franċiżi tpoġ­ġi lis-City f’periklu serju. 

Atletico Madrid v Ba­yer Leverkusen  – Din hi­­­ja logħ­ba mill-aktar in­t­e­­­res­santi meta Atletico Madrid jospitaw lil Bayer Leverkusen.

Dawn tal-aħħar jinsabu fir-raba’ post u punt wieħed biss fuq Atletico li jinsabu fil-11-il pożizzjoni. 

Dan huwa konfront mif­tuħ għal kull riżultat u reb­ħa għal xi ħadd minnhom tkun tfisser pass kbir lejn kwalifikazzjoni awtomatika.

Sparta Prague v Inter  – Din hija partita delikata għal Inter li ma jistgħux ifallu. 

Dan minħabba li n-Nerazzurri jinsabu fis-sitt post iżda fl-istess waqt jinsabu fi grupp ta’ 12-il team li d-differenza bejniethom hija ta’ punt wieħed biss u għaldaqstant żelqa tkun tfisser detrimentali. 

Minkejja li Sparta Pra­gue  ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi, xorta waħda jistgħu jkunu ostaklu diffiċli.  

Club Brugge v Juventus  – Juventus imorru l-Bel­ġju biex jilagħbu kontra Club Brugge fejn rebħa hija prijoritá biex iżommu t-tamiet tagħhom li jtemmu mal-ewwel tmienja. 

Il-Bianconeri jinsabu fl-14-il post b’żewġ punti distakk mill-kwalifikazzjoni awtomatika. 

Mhijiex missjoni impossibbli iżda jridu jkunu fl-aqwa tagħhom kontra team li jinsab punt biss warajhom.  

Milan v Girona  – Milan ma għandhomx ifallu meta jilqgħu lil Girona ta’ Spanja. 

Rebħa tpoġġihom f’po­żizzjoni ideal li jilħqu l-għan ewlieni hekk kif fl-aħħar partita huma jmorru l-Kroazja biex jaffrontaw lil Dinamo Zagreb.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport