Wednesday, February 12, 2025

UCL: Paris SG, Borussia D. u Real Madrid b’rebħiet barra minn darhom

Aqra wkoll

Meta l-bieraħ beda jintlagħab l-ewwel leg tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Champions Lea­gue, Paris St-Germain u Borussia Dortmund għamlu pass kbir lejn il-kwalifikaz­zjoni meta rebħu barra minn darhom bl-iskor identiku ta’ 3-0. 

Min-naħa l-oħra, Real Mad­rid rebħu lil Manchester City bl-iskor ta’ 3-2 biex issa għandhom vantaġġ tajjeb meta jilagħbu f’darhom, jiġifieri, fil-Bernabeu Stadium.  

Man City v Real Madrid – Real Madrid għelbu lil Manchester City fl-Etihad Sta­dium bl-iskor ta’ 3-2.

Kienu s-City li fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta Jack Grealish għadda lejn Josko Gvardiol li niżżel il-ballun b’sidru lil Erling Haaland li antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper, Thibaut Courtois, billi xeħet fir-rokna tax-xibka.

Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, is-City resqu ferm viċin li jirduppjaw iżda x-xutt ta’ Haaland ġie devjat minn Eduardo Camavinga għal fuq il-mimduda. 

Mandankollu kien Kylian Mbappe (60) li kiseb id-draw għal Real minkejja li laqat il-ballun ħażin li qarraq għal kollox bil-goalkeeper Ederson.

Peró, Erling Haaland (80) skorja l-goal tar-rebħa minn penalty wara foul ta’ Dani Ceballos fuq Phil Foden.

Iżda Brahim Diaz (86) u Jude Bellingham (93) dawru r-riżultat favur Real Madrid. 

Juventus v PSV – Juventus issuperaw lil PSV Eindhoven bl-iskor ta’ 2-1. 

Il-Bianconeri fetħu l-iskor fl-34 minuta, meta Weston McKennie ikkontrolla l-ballun fil-kaxxa opposta u b’xutt qawwi għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Walter Beni­tez.

Iżda, Ivan Perisic (56) kiseb id-draw għall-Olan­di­żi. 

Madankollu, it-team immexxi mill-coach, Thiago Motta, ħareġ rebbieħ grazzi għal goal tas-sostitut Samuel Mbangula (82) li approfitta minn żball tal-goalkeeper Be­nitez. 

Sporting v Borussia D. – Borussia Dortmund marru għand Sporting u ħarġu rebbieħa 3-0, bit-tliet goals jaslu minn Serhou Guirassy (60), Pascal Gross (65) u Karim Adeyemi (82).

Brest v Paris SG– Fid-derby ta’ Franza, barra minn darhom, Paris St-Germain għelbu lil Brest bl-iskor ta’ 3-0. 

It-tliet goal waslu minn penalty ta’ Vitinha (21) u doppjetta ta’ Ousmane Dembele (45, 66). 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport