Fit-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Real Madrid rebħu l-aqwa partita meta barra minn darhom għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 3-2.
Grupp A
Man Utd v Galatasaray – Manchester United ospitaw lil Galatasaray u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2.
Iż-żewġ goals tar-Red Devils ġew skorjati mill-attakkant Daniż, Rasmus Hojlund (17, 67), filwaqt li Wilfried Zaha (23) u Muhammed Kerem Akturkoglu (71) wieġbu għat-Torok.
Il-United kellhom lil Casemiro mkeċċi (77) filwaqt li Mauro Icardi (78) falla penalty għal Galatasaray.
Peró, l-istess Icardi (81) skorja l-goal tar-rebħa.
Copenhagen v Bayern M. – Bayern Munich kellhom jitħabtu biex għelbu lil Copenhagen bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jiġu skorjati minn Jamal Musiala (67) u Mathys Tel (83) wara li Lukas Lerager (55) fetaħ l-iskor għad-Daniżi
Grupp B
Lens v Arsenal – Lens għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 2-1
Kien Gabriel Jesus (14) li xeħet lill-Gunners fil-vantaġġ iżda Adrien Thomasson (25) u Sepe Elye Wahi (69) taw it-tliet punti lill-Franċiżi.
Eindhoven v Sevilla – PSV Eindhoven laqgħu lil Sevilla u temmew fi draw ta’ 2-2 b’goal drammatiku ta’ Jordan Teze li wasal fl-94 minuta. Luuk de Jong (86 pen) skorja l-goal l-ieħor filwaqt li Nemanja Gudelj (68) u Youssef En-Nesyri (88) skorjaw għal Sevilla.
Grupp C
Napoli v Real Madrid – F’partita mill-aktar pjaċevoli u spettakolari, Real Madrid rebħu lil Napoli bl-iskor ta’ 3-2.
L-iskorers tal-Madrileni kienu Vinicius Junior (27), Jude Bellingham (34) u Alex Meret (78 o.g.) filwaqt li Leo Ostigard (19) u Piotr Zielinski (54 pen) wieġbu għall-Partenopei
Union Berlin v Braga – Barra minn darhom, Braga dawru telfa f’rebħa biex għelbu lill-Ġermaniżi ta’ Union Berlin bl-iskor ta’ 3-2.
Kienu dawn tal-aħħar li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn doppjetta ta’ Sheraldo Becker (30, 37) iżda Sikou Niakate (41), Bruma (51) u Andre Castro (92) taw ir- rebħa lit-team Portugiż.
Grupp D
Salzburg v Real Sociedad – Real Sociedad marru l-Awstrija għand Salzburg u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fl-ewwel taqsima minn Mikel Oyarzabal (7) u Brais Mendez (27).
Inter v Benfica – Minkejja li Inter iddominaw għal kollox lil Benfica, huma rebħu biss bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Marcus Thuram (62).
Barra minn hekk, in-Nerazzuri laqtu darbtejn il-lasta kif ukoll fallew bosta ċansijiet faċli ta’ skor speċjalment Lautaro Martinez.