Thursday, February 20, 2025

UCL: Real Madrid jeliminaw lil Manchester City

Aqra wkoll

L-Erbgħa ġew fi tmiemhom il-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League meta ntlagħab it-tieni leg biex issa l-kwadru huwa komplet. 

L-aħħar erba’ timijiet li kkwalifikaw kienu Real Madrid, PSV Eindhoven, Borussia Dortmund u Paris St-Germain biex ingħaqdu ma’ Liverpool, Barcelona, Arsenal, Inter, Atletico Mad­rid, Bayer Leverkusen, Lille, Aston Villa, Feneyoord, Club Brugge, Benfica u Bayern Munich … hekk kif għada se jittellgħu l-poloz. 

Real Madrid v Man City – Il-holders Real Madrid eliminaw lil Manchester City bl-aggregate ta’ 6-3 wa­ra rebħa ta’ 3-1.

Il-Madrileni ma setgħux kellhom bidu aħjar meta biss wara erba’ minuti hu­ma fetħu l-iskor meta mill-cross fit-tul ta’ Raul Asencio, Kylian Mbappe daħal bejn żewġ difensur u kien pront illobja minn fuq il-goalkeeper, Ederson. 

Fit-33 minuta, l-istess Mbappe rdoppja meta din id-darba xeħet fix-xibka mill-assist ta’ Rodrygo … biex fil-61 minuta għaqqad il-hat-trick personali.  

Fit-93 minuta, Nicolas Gonzalez skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għal Manchester City.

PSV v Juventus – PSV Eindhoven laqgħu lil Juventus u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 liema partita kellha tmur fil-ħin barrani għal aggregate ta’ 4-3. 

Kien Ivan Perisic (53) li fetaħ l-iskor għall-Olandiżi iżda Tim Weah (63) wieġeb għal Juventus. 

Peró, Ismael Saibari (74) xeħet il-partita fil-ħin supplimentari. 

U proprju fit-98 minuta, Ryan Flamingo bagħat lil PSV mal-Aħħar 16.

Borussia D. v Sporting – Borussia Dortmund laqgħu lil Sporting Lisbon u temmew fi draw ta’ mingħajr goals biex ikkwalifikaw b’aggregate 3-0 grazzi għal rebħa bl-istess skor fil-Portugall, il-ġimgħa li għad­diet. 

Paris SG v Brest – Paris St-Germain għelbu lil Brest bl-iskor ta’ 7-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 10-0.

Il-Pariġini ddominaw dan il-konfront mill-bidu sal aħħar u r-rebħa setgħet kien ferm akbar, bil-goals jaslu minn Bradley Barcola (20), Khvicha Kvaratskhelia (39), Vitinha (59), Desire Doue (64), Nuno Mendes (69), Goncalo Ramos (76) u Senny Mayulu (86).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport