Friday, January 31, 2025

UCL: Real Madrid v Man City l-akbar attrazzjoni tal-play-offs

Aqra wkoll

Meta l-Ġimgħa, f’Nyon, l-Isvizzera,  ittellgħu l-poloz tal-play-offs tal-UEFA Champions League għall-Aħħar 16, l-aktar waħda attraenti hija, bla dubju, dik bejn iċ-champions renjanti u Manchester City filwaqt li Bayern Munich se jaffrontaw lil Celtic. 

Minn dawn il-play-offs iridu jkunu magħrufa t-tmien timijiet biex jingħaqdu mat-tmienja l-oħra li diġá huma kkwalifikati. 

Dawn huma Liverpool, Barcelona, Arsenal, Inter, Atle­tico Madrid, Leverkusen, Aston Villa u Lille.

Is-City, ir-rebbieħa taċ-Champions League fl-2023, se jospitaw lill-Madrileni,  fl-Etihad Stadium, fil-11 jew fit-12 ta’ Frar qabel ma jivvjaġġaw lejn Spanja għat-tieni leg fit-18 jew fid-19 tax-xahar biex imbagħad, fil-21 ta’ Frar jittellgħu l-poloz tal-Aħħar 16. 

Il-poloz tal-play-offs huma: 

– Brest v Paris St-Germain – (Rebbieħa v Liverpool/Barcelona) 

– Club Brugge v Atalanta – (Rebbieħa v Lille/Aston Villa)

– Manchester City v Real Madrid – (Rebbieħa -Atletico/Bayer)

– Juventus v PSV Eindhoven – (Rebbieħa – Arsenal/Inter)

– Monaco v Benfica – (Rebbieħa v Liverpool/Barcelona) 

– Sporting v Borussia Dortmund – (Rebbieħa v Lille/Aston Villa) 

– Celtic v Bayern Munich – (Rebbieħa -Atletico/Bayer L.)

– Feyenoord v AC Milan – (Rebbieħa – Arsenal/Inter)

*Fil-parentesti jidhru ż-żewġ timijiet issidjati li r-rebbieħa jistgħu jittellgħu kontrihom fil-poloza tal-Aħħar 16. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport