Inter v San Siro
Inter ħallew għall-aħħar biex għelbu lil Porto bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Romelu Lukaku (86), meta l-ewwel kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tistampa mal-wieqfa, biex mir-rebound, minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.
Ta’ nota huwa l-fatt li fit-78 minuta, il-ġganti Portugiżi spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Otavio, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.
RB Leipzig v Man City
RB Leipzig temmew il-konfront tagħhom ġewwa darhom kontra Manchester City, fi draw ta’ 1-1. Kienu l-Blues li fetħu l-iskor permezz ta’ Riyad Mahrez (27), waqt li l-Ġermaniżi ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Josko Gvardiol (70).