Thursday, December 26, 2024

UCL: Rebħiet kbar minn Chelsea u Fiorentina

Aqra wkoll

Meta ntlagħbet it-tieni ġurnata tal-Fażi tal- Kampjonat tal-UEFA Conference League, Chelsea u Fiorentina rreġistraw reb­ħiet tajbin meta għelbu lil Panathinaikos u lil St Gallen rispettivament.   

Panathinaikos v Chelsea – Chelsea kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti meta marru l-Greċja u għelbu lil Panathinaikos bl-iskor ta’ 4-0. 

Il-Pensioners fetħu vantaġġ ta’ erba’ goals minn doppjetta ta’ Joao Felix (22, 55) … minn Mykhailo Mud­ryk (49) u minn penalty ta’ Christopher Nkunku (59), filwaqt li Facundo Pellistri (69) skorja l-goal ta’ kon­solaz­zjoni għat-team ospitu. 

Din ir-rebħa setgħet kie­net ferm akbar iżda Chelsea fallew bosta okkażjonijiet ta’ skor.  

 St Gallen v Fiorentina – Anke Fiorentina rreġistraw it-tieni rebħa nfila meta fl-Isvizzera għelbu lil St Gallen bl-iskor ta’ 4-2, bl-iskorers ikunu Lucas Martinez (50), Jonathan Ikone (54, 69) u Robin Gosens (92) filwaqt li Felix Mambimbi (23) u Lukas Gortler (62) skorjaw għal St Gallen.

Hearts v Omonia Nicosia – Hearts ospitaw lit-team Ċip­rijott ta’ Omonia Nicosia u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Alan Forrest (16) u Blair Spittal (23). 

Ekonomija

Sport