Friday, December 13, 2024

UCL – Semi-Finali – I Leg: Ingliżi kontra Spanjoli

Aqra wkoll

Illum u għada jintlagħab l-ewwel leg tas-semi-finali tal-UEFA Champions League bil-partiti jkunu Manchester City v Real Mad­rid u Liverpool v Vil­la­r­real. 

Għaldaqstant teżisti pos­sibbiltá li l-finali tintlagħab bejn żewġ timijiet Ingliżi jew dawk Spanjoli bit-tielet alternattiva tkun dik ovvja team Ingliż kontra dak Spanjol … hekk kif il-finali li kulħadd qed jistenna tkun dik bejn Li­verpool u Manchester City li huma meqjusa fost l-aqwa fid-dinja fil-preżent.   

Man City v Real Mad­rid – F’konfront diffiċli, Manchester City jospitaw lil Real Madrid, b’dawn tal-aħħar għandhom esperjenza kbira f’din il-kompetizzjoni meta rebħuha 13-il darba. 

Is-Citizens għadhom kif eliminaw lil Atletico Mad­rid biex f’temp ta’ ftit jiem iridu jerġgħu jmorru ji­lagħbu fil-belt kapitali Span­jola. 

Kien il-goal ta’ Kevin De Bruyne fl-Etihad Sta­dium li għamel id-differenza kollha bejn iż-żewġ legs li ta l-kwalifikazzjoni lit-team ta’ Pep Guardiola.

Min-naħa tagħhom, il-Madrileni eliminaw lil Chelsea fejn fiż-żewġ legs spikka għalihom Karim Ben­zema. 

Minbarra din il-kompetizzjoni, iż-żewġ timijiet jinsabu jillidjaw il-klassifiki rispettivi tal-kampjonat domestiku. 

Manchester City jimmiraw li jibnu vantaġġ f’darhom iżda huma se jkunu mingħajr id-difensur Joao Cancelo li huma sospiż filwaqt li Kyle Walker huwa dubjuż hekk kif qed ibati minn fastidju muskolari. 

Min-naħa tiegħu l-coach ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, se jkollu lura lil Eder Militao minn sospensjoni filwaqt li jrid jara l-kundizzjoni ta’ Marcelo li kellu daqqa ħafifa f’siequ waqt it-taħriġ fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

Liverpool v Villarreal – Liverpool jibdew bħala favoriti li jirbħu l-partita kontra Villarreal meta jilagħbu quddiem il-partitarji tagħhom li huma meq­jusa bħala t-12-il player.

Iżda huma jridu juru rispett massimu lill-avversarji tagħhom li ħolqu waħda mill-akbar sorpriżi tal-istaġun hekk kif elimi­naw lil Bayern Munich fil-kwarti-finali … wara li eliminaw ukoll lil Juventus fir-round tal-Aħħar 16. 

Il-Yellow Submarines hu­ma mmexxija mill-coach, Unai Emery, li fil-kompetizzjonijiet Ewropej jagħ­mel il-”mirakli” irrispettivament ma’ liema team ikun. 

Iżda Alberto Moreno se jkun nieqes minħabba injury fl-għaksa b’postu mistenni jittieħed minn Francis Coquelin.

Bla dubju, in-nuqqas ta’ Moreno se tkun daqqa ta’ ħarta kbira għall-Ispanjoli minħabba li kien ta’ ispi­razzjoni kbira matul dan l-istaġun. 

Min-naħa ta’ Liverpool, dawn ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 6-4 kontra Benfica.

Bħalissa t-team immexxi mill-manager, Jurgen Klopp, għaddej minn forma brillanti hekk kif jinsabu punt taħt il-leaders Manchester City fil-Premier League meta fadal ħames partiti għat-tmiem. 

Huma għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 fuq ir-rivali tal-istess belt, Everton, u għaldaqstant jinżlu b’moral għoli. 

L-uniku dubju huwa Roberto Firmino minħabba injury f’siequ tant kellu jfalli l-logħba kontra Everton. 

Klopp mistenni jagħ­mel xi bidliet mir-rebħa fuq Everton fejn Ibrahima Ko­nate mistenni jidħol minflok Joel Matip u Luis Diaz mistenni jieħu post Diogo Jota. 

Ekonomija

Sport