Monday, November 4, 2024

UCL semi-finali: Jispikka d-derby ta’ Milan

Aqra wkoll

Bejn illum u għada jintlagħab l-ewwel leg tas- semi-finali tal-UEFA Champions League biż-żewġ logħbiet mistennija jkunu indeċiżi sal-aħħar hekk kif jidhru bilanċjati bid-derby ta’ Milan l-aktar li jispikka. Iż-żewġ logħbiet jibdew fid-9.00 pm  

Illum

Real Madrid v Manchester City  

Real Madrid jilqgħu lil Manchester City f’dik li hija meqjusa l-”final” ta’ dan l-istaġun minħabba l-qawwa li ż-żewġ timijiet jippos­sjiedu. 

Is-Citizens jimmiraw għal vendetta sportiva meta proprju l-istaġun li għadda l-Madrileni kienu kkwalifikaw għall-finali b’aggregate ta’ 6-5 liema semi-finali kellha tmiem mill-aktar dram­ma­tiku.

Real jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin mis-suċċess tar-rebħ tat-Tazza Spanjola fi tmiem il-ġimgħa li għad­da. 

Iżda huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż Militao u Ferland Mendy li qed jirkupra minn injury. 

Peró, l-aħbar it-tajba hija li Luka Modric huwa f’sikktu għal kollox wara li fil-finali tat-Tazza Spanjol ġie utilizzat bħala sostitut wara injury. 

L-uniku player nieqes għat-team imexxi mill-coach, Pep Guardiola, hu­wa d-difensur Nathan Ake li kellu jħalli l-ground fir-rebħa ta’ 2-1 fuq Leeds United minħabba li sofra injury fil-hamstring. 

Għada

Inter v Milan  

Din hija l-aktar partita li tispikka hekk kif iż-żewġ timijiet ta’ Milan jilagħbu fl-istess stadium u rinomati għar-riva­litá ta’ bejniethom.

Dan ifisser li l-Italja se jkollhom rappreżentant fil- finali. 

Iż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa fuq it-timijiet Ruma, Roma u Lazio, bl-iskor identiku ta’ 2-0. 

Bla dubju, dak it-team li jkun fl-aħjar forma fil-ġurnata, joħroġ rebbieħ min­ħabba li l-iskor se jkun wieħed imprevidibbli … u żball jista’ jkun determinanti għaż-żewġ naħat. 

Milan se jkunu mingħajr Zlatan Ibrahimovic u Andrea Florenzi li jinsabu mweġġgħin. Min-naħa l-oħra, Rafael Leao huwa dubjuż.

Min-naħa l-oħra, Inter se jkollhom jgħaddu min­għajr is-servizzi ta’ Milan Skriniar, Robin Gosens u Danilo D’Ambrosio, min­ħabba l-istess raġuni. 

Sport