Semi-finali – Grupp 4 – Round 1
FK Breznica …..1
Birkirkara …….2
(wara l-ħin barrani)
Birkirkara se jaffrontaw lil Anderlecht fil-finali ta’ Grupp 4 ta’ Round 1 tal-UEFA Champions League tan-Nisa meta fis-semi-finali għelbu lil FK Breznica tal-Montenegro bl-iskor ta’ 2-1, wara l-ħin barrani.
L-Istripes dawru telfa f’rebħa wara li l-avversarji spiċċaw jilagħbu bi player inqas fit-58 minuta. Wara din it-tkeċċija, il-Karkariżi kisbu d-draw biex sfurzaw il-ħin barrani biex eventwalment ħarġu rebbieħa.
Għaldaqstant, għat-tieni darba fl-istorja tal-club, Birkirkara rnexxielhom jaslu sal-finali ta’ mini-tournament ta’ Round 1, li qed isir fis-Centenary Stadium.
Breznica fetħu l-iskor, fis-17-il minuta, meta l-cross ta’ Miljana Pavlovic sab lil Marijana Jankov li għelbet lill-goalkeeper Maya Cachia b’xutt minn tarf il-kaxxa.
Ir-reazzjoni Karkariża waslet, fit-33 minuta, fejn kienu sfortunati meta Luaba Cabral ġiet imċaħħda mil-lasta.
Fit-58 minuta, Breznica spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Aleksandra Vujosevic tkeċċiet għat-tieni karta safra.
Żewġ minuti wara, Birkirkara approfittaw mis-superjoritá numerika meta kisbu d-draw permezz ta’ kanunata ta’ Yuna Hazekawa minn barra l-kaxxa.
Bl-iskor ma jinbidilx sas-suffara finali, il-partita kellha tmur għall-ħin barrani u fil-109 minuta, Birkirkara skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta ngħataw penalty wara li Marija Maras messet il-ballun b’idha … biex mill-11-il metru Yuna Hazekawa xeħtet lill-kamp kollu Karkariż f’dellirju ta’ ferħ.
Min-naħa tagħhom, Anderlecht għelbu lil Red Star Belgrade tas-Serbja 4-1.
Il-finali se tintlagħab, is-Sibt li ġej, fis-Centenary Stadium, fid-9.15 pm.
FK Breznica: Svetlana Milicic, Anastasija Bulic, Marija Maras, Dunja Bojanic (Nela Kolic 61), Mia Baturan (Amra Mehovic 46), Tatjana Osmajic, Enida Bosnjak (Ena Spahic 111), Miljana Pavlovic, Aleksandra Vujosevic, Majda Dresevic, Marijana Jankov – Coach: Zoran Vukovic
Birkirkara: Maya Cachia, Gabriella Zahra, Stephania Farrugia, Yuna Hazekawa, Francesca Chircop (Erica Bispo 46), Luana Cabral (Amelia Vassallo 90+4), Alishia Sultana, Charlene Zammit, Calista Schechinger, Mariah Cardona (Raina Giusti 63), Valentina Rapa (Martina Fenech 101) – Coach: Vincent Galea
Referee: Louise Thompson (Irlanda ta’ Fuq)
Assistenti: Rachel Greer (Irlanda ta’ Fuq), Giulia Tempestilli (Italja)
Raba’ Uffiċjal: Martina Molinaro (Italja)
Skorers: M. Jankov 17 (FKB); Y. Hazekawa 60, 109 pen (B)
Ammoniti: F. Chircop (B); M. Baturan, D. Bojanic, A. Vujosevic, E. Bosnjak, A. Mehovic, M. Pavlovic (FKB)
Tkeċċiet: A. Vujosevic 58 (FKB)