Saturday, November 23, 2024

UCL tan-Nisa: Birkirkara jiksbu rebħa drammatika fuq Breznica

Aqra wkoll

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara għelbu lil Breznica tal-Montenegro bl-iskor ta’ 1-0 liema partita kienet valida mir-round preliminari tal-UEFA Champions League. 

L-Istripes qed jospitaw Grupp 11 fis-Centenary Stadium,  f’forma triangulari li jgħaddi team wieħed biss għar-round li jmiss. Peró dan il-mini-tournament mhux qed jintlagħab fil-forma ta’ round robin. 

Issa li Birkirkara ħarġu rebbieħa, nhar is-Sibt li ġej se jilagħbu l-finali ta’ dan il-grupp meta jaffrontaw lil Zurich tal-Isvizzera. 

Minkejja li t-team immexxi mill-coach, José Borg, lagħab bi players inqas għall-aħħar 20 minuta meta tkeċċiet Alishia Sultana għal żewġ karti sofor, huwa xorta waħda kien tajjeb biżżejjed biex ħareġ rebbieħ … b’mod drammatiku

Il-goal importanti wasal fit-tieni minuta tal-ħin miżjud mis-sostituta Edith Garcia Falero. 

Birkirkara lagħbu b’din il-formazzjoni: Janice Xuereb, Ann-Marie Said, Charlene Zammit, Valentina Rapa (Arianna Del Moral 70), Gabriella Zahra (Edith Garcia Falero 70), Stefania Farrugia, Marta Grosso, Caitlin Rogers, Veronique Mifsud (Francesca Chircop 93) , Alishia Sultana, Raina Giusti (Mariah Cardona 75)

Sport