Is-suffara tat-tmiem il-partita fid-draw ta’ 0-0 kontra Milan kienet tindika l-eliminazzjoni ta’ Tottenham mill-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League … li kienet tfisser ukoll il-bidu tat-tmiem tal-coach Antonio Conte li issa hija formalitá li fi tmiem l-istaġun se jħalli lill-club.
Il-partitarji ta’ Spurs irreaġixxew b’mod furjuż, il-lingwaġġ kien jirrifletti team imkisser, is-siġġijiet vojta wrew ir-realtà tal-iskuntentizza tagħhom hekk kif lejn it-tmiem bdew jabbandunaw lit-team tagħhom konxji mill-fatt li dan huwa staġun ieħor ta’ falliment.
M’hemm l-ebda indikazzjoni li Conte huwa lest li jġedded kuntratt, u daqstant ieħor l-ebda sinjal li Spurs ma jriduh jiffirma kuntratt ġdid.
Jidher biss kwistjoni ta’ żmien qabel ma jitlaq Conte.