Tuesday, April 29, 2025

UCL: Vantaġġ minimu għal Paris St-Germain

Aqra wkoll

Paris St-Germain għandhom vantaġġ minimu fi triqithom lejn il-finali tal-UEFA Champions League meta fl-ewwel leg tas-semi-finali għelbu lil Arsenal bl-iskor ta’ 1-0.

Il-Pariġini ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss erba’ minuti huma fetħu l-iskor hekk kif Ousmane Dembele beda u temm l-azzjoni meta bidel il-ballun ma’ Khvi­cha Kvaratskhelia qabel ma xeħet fir-rokna tax-xibka. 

Kien goal li ta vantaġġ psikoloġiku lill-Franċiżi bil- Gunners idumu xi ftit biex jirriorganizzaw biex ippermettew lill-Pariġini jiddettaw il-logħob u jgawdu mill-pussess tal-ballun. 

Peró mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Arsenal ħarġu fuq l-offensiva u appena għaddew żewġ minuti huma skor­jaw minn daqqa ta’ ras ta’ Mikel Merino iżda ġie senjalat li kien f’pożizzjoni ta’ offside wara verifika mill-VAR. 

Fil-55 minuta, il-goalkeeeper Gianluigi Donnarumma kien providenzjali meta wettaq save kbir fuq il-midfielder ta’ Arsenal, Leandro Trossard.

Kienet azzjoni li tat l-impressjoni li Arsenal kienu se jixħtu kollox fuq l-attakk iżda PSG għarfu kif iżommuhom barra miż-żona tagħhom.

Fit-88 minuta, Bradley Barcola, seta’ rdoppja għal PSG iżda t-tentattiv tiegħu għadda jħakkek mal-lasta filwaqt li Goncalo Ramos ġie mċaħħad mill-mimduda.

ILLUM: Barcelona v Inter (9.00 pm)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport