Saturday, December 21, 2024

UCL: Vantaġġ tajjeb għal Liverpool kontra Inter

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Liverpool bnew vantaġġ tajjeb ta’ 2-0 fuq Inter filwaqt li Bayern Munich salvaw ir-riżultat fl-aħħar ħinijiet għal draw ta’ 1-1 kontra Salzburg. 

Inter v Liverpool (0-2) – Li­verpool marru għand Inter u reb­ħulhom bl-iskor ta’ 2-0.

L-ewwel taqsima kienet waħda ta’ studju fejn iż-żewġ settijiet ta’ players ma bdewx jafdaw lil xulxin biż-żewġ goalkeepers ftit li xejn ġew impenjati.

Fil-15-il minuta Liverpool kienu għoddhom fetħu l-iskor iżda mill-cross ta’ Andy Robertson, minn taħt il-lasti d-daqqa ta’ ras ta’ Sadio Mane spiċċat għoli. 

Żewġ minuti wara, in- Nerazzurri kien sfortunati meta Hakan Calhanoglu ġie mċaħħad mill-mimduda mill-cross ta’ Ivan Pe­risic.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Inter ħarġu aktar avventurużi u heddew diversi drabi iżda d-difiża ta’ Liverpool b’xi mod irnexxielha timblokka kull attakk. 

Fis-60 minuta, Inter skor­jaw iżda l-goal ġie ġustament imħassar għal offside ta’ Edin Dzeko. 

Fil-75 minuta, kienu Liver­pool li fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ Roberto Firmino li kkonkluda mill-cross ta’ Andy Robertson. 

Imbagħad fit-83 minuta, kien Mohamed Salah li ssiġilla r-rebħa meta għeleb lill-goalkeeper Samir Handanovic b’xutt fil-baxx mill-cross ta’ Trent Alexander-Arnold.

Salzburg v Bayern M. (1-1)– Bayern Munich marru l-Awstrija u temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Salzburg. 

Proprju fl-ewwel attakk denju tagħhom, fil-21 minuta, Salzburg fetħu l-iskor meta Karim Adeyemi ġera mal-linja, ġibed lejn in-nofs fejn xeħet cross lejn is-sostitut, Chukwubuike Adamu, li b’xutt imdawwar għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Sven Ulreich.

Minkejja li tjiebu wara l-mistrieħ, il-Bavarjani ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja bl-Awstrijaċi jikkontrollaw kull sitwaz­zjoni … sakemm fid-90 minuta huma salvaw ir-riżultat minn Kingsley Coman li sab l-ispazju neċessarju.   

Ekonomija

Sport