Monday, October 14, 2024

UCL: West Ham idawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

West Ham v AZ Alkmaar

Wara ħasda inizjali, West Ham. ġewwa darhom, dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra AZ Alkmaar. Kien Tijani Reijnders (42), li fetaħ l-iskor għall-Olandiżi, b’Mohamed Said Benrahma (67), iġib l-iskor indaqs għall-Hammers minn penalty, waqt li Michail Antonio (76), skorja l-goal rebbieħ għalihom.

Fiorentina v Basel

Basel barra minn darhom fi Stadio Artemio Franchi kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Fiorentina. Kien Arthur Cabral (25), li fetaħ l-iskor għall-Viola, b’Andy Diouf (71) iġib l-iskor indaqs għall-Iżvizzeri, biex finalment Zeki Amdouni (92) skorja l-goal tar-rebħa għalihom.

Sport