Thursday, January 22, 2026

UEFA Champions League: It-timijiet il-kbar jirbħu kollha

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tas-seba’ ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, it-timijiet il-kbar kol­lha ħarġu rebbieħa biex il-klassifika ftit li xejn inbidlet. 

Marseille v Liverpool – Liverpool marru għand Marseille  u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, b’goals minn Dominik Szoboszlai (45+2), auto-goal tal-goalkeeper Geronimo Rulli (73) u Cody Gakpo (93).

Slavia P. v Barcelona – Barcelona dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Slavia Prague bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals tal-Katalani jaslu minn Fermin Lopez (34, 42), Dani Olmo (63) u Robert Lewandowski (73) filwaqt li dawk taċ-Ċeki waslu minn  Vasil Kusej (10) u auto-goal ta’ Lewandowski (44).

Atalanta v Ath. Bilbao – Atalanta ospitaw lil Athletic Bilbao u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers għall-Ispanjoli jkunu Gorka Guruzeta (58), Nico Serrano (70) u Robert Navarro (74) filwaqt li għall Bergamaschi skorjawGianluca Scamacca (17) u Nikola Krstovic (88).

Juventus v Benfica – Juventus kisbu rebħa tajba meta għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fit-tieni taqsima minn Kephren Thuram (55) u Weston McKennie (64)

Chelsea v Pafos FC – Chelsea għelbu lil Pafos FC bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Moises Caicedo (78).

Newcastle v PSV – Newcastle rreġistraw rebħa faċli ta’ 3-0 fuq PSV Eindhoven bil-protagonisti jkunu Yoane Wissa (8), Anthony Gordon (30) u Harvey Barnes (65).

Bayern M. v St Gilloise – Wara taqsima mingħajr goals, Bayern skorjaw żewġ goals fi spazju ta’ tliet minuti minn Harry Kane (52, 55 pen) biex għelbu lil Union St Gilloise bl-iskor ta’ 2-0. Il-Bavarjani kellhom lil Min-Jae Kim (63) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Galatasaray v Atletico M. – Barra minn darhom Atletico Madrid ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Galatasaray. Giuliano Simeone (4) fetaħ l-iskor għal Atletico iżda Marcos Llorente (20) ikkommetta auto-goal.

Qarabag v Eintracht F. – Qarabag tal-Kazakhstan daħlu biċ-ċans li jiktbu l-istorja hekk kif qegħdin f’pożizzjoni li jikkwalifikaw għall-play-offs meta għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 3-2. L-iskores kienu Camilo Duran (4, 80) u Bahlul Mustafazada (94) filwaqt li għall-Ġermaniżi skorjaw Can Uzun (10) u Fares Chaibi (78 pen).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport