Sunday, January 5, 2025

UEFA Conf. League: Gzira United eliminati kontra l-qawwa ta’ Viktoria Plzen

Aqra wkoll

Gzira United …….0

Viktoria Plzen …..2

(Aggregate: Viktoria Plzen 6-0)

Kienet missjoni kważi impossibbli għal  Gzira United li jgħaddu għall-play-off meta fit-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League sfaw megħluba minn Viktoria Plzen bl-iskor ta’ 2-0 għall-aggregate ta’ 6-0.

Kienu Viktoria Plzen li ħolqu l-ewwel periklu fit-18-il minuta meta f’azzjoni veloċi, Jan Kliment għadda tajjeb lejn Ibrahim Traore li kellu l-konklużjoni tiegħu tiġi devjata f’corner minn difensur tal-Maroons.

Gzira wieġbu fit-28 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx kważi minn tarf il-kaxxa ta’ Farid Romero Zuniga li għadda jħakkek ma’ sieq il-wieqfa.

Fit-33 minuta, reġgħu kienu Plzen li ħolqu l-periklu meta Pavel Sulc, minn pożizzjoni ferm ideali, kellu x-xutt tiegħu jaħbat max-xibka minn barra, biex b’hekk ta l-illużjoni tal-goal.

Iżda kienu Gzira li resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor tliet minuti wara meta Lucas  Macula wara li kkontrolla tajjeb, kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu minn ġol-kaxxa, jiġi devjat f’corner bi bravura mill-goalkeeper  Martin Jedicka.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Plzen, ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta  fis-46 minuta, fetħu l-iskor, hekk kif Jan Paluska xeħet cross lejn Jhon Mosquera, li min-naħa tie­għu niżżel bir-ras lejn IBRAHIM TRAORE li żmar­kat f’nofs il-kaxxa tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-of­fenisva u żewġ minuti biss wara, Solk għadda tajjeb lejn Libor Holik li kellu t-tenattiv mill-viċin tiegħu jistampa mal-mimduda.

Gzira wieġbu fis-57 minuta meta Zachary Scherri għadda tajjeb lejn Thiago Espindola, li kellu x-xutt tiegħu mix-xellug, jaħbat max-xibka minn barra.

Madankollu, kienu Plzen, li rduppjaw l-iskor fis-70 minuta, permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ ADAM VKANOVA, li ma ta l-ebda ċans lil David Cassar, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Plzen komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Peró anke, jekk sfaw eliminati, il-Maroons għandhom għax ikunu kburin li waslu sa dan l-istadju u bil-potenzjal li għandhom se jkun forza qawwija għall-kampjonat. 

GZIRA U.: 1-David Cassar, 93-Thiago Espindola, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 2-Carlos Chaba (6-Bilario Azizi 65), 9-Marcelo Dias, 8-Zachary Scerri (15-Hytem Kabar 90), 4-Andy Borg, 20-Farid Romero Zuniga, 11-Lucas Macula (26-Mohamed Alouzi 89), 47-Brooklyn Borg (99-Izaak Ellul 90), 14-Luis Carlos Riascos (74-Jose Wilkson Teixeira 73)   – Coach: Darren Abdilla

VIK. PLZEN: 16-Martin Jedicka, 44-Libor Holik, 3-Robin Hranac, 21-Vaclav Jemelka, 18-Jhon Mosquera, 12-Ibrahim Traore (20-Pavel Bucha 63), 5-Jan Paluska, 23-Lukas Kalvach (40-Sampson Dweh 73), 88-Adam Vkanova, 9-Jan Kliment (10-Jan Kopic 78), 31-Pavel Sulc (17-Rafiu Durosinmi 63)   – Coach: Miroslav Koubek

REFEREE: Denys Shurman (Ukrajna)

ASS. REFEREES: Semen Shlonchak, Volodymyr Vysotskyi (Ukrajna)

RABA’ UFF: Dmytro Panchyshyn (Ukrajna)

SKORERS: I. Traore 46, A. Vkanova 70 (VP)

AMMONITI: M. Dias, J. Wilkson Teixeira (GU)

Ekonomija

Sport