Monday, October 14, 2024

UEFA Conf. Lge: Ferencvaros prattikament ikkwalifikati għall-play-offs

Aqra wkoll

Hamrun S. ……..1

Ferencvaros ……6

Ferencvaros irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għaċ-champions Maltin Hamrun Spartans meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-1 biex issa huma favoriti netti li javvanzaw għall-play-offs.

Kienu Ferencvaros li fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta xutt minn barra l-kaxxa ta’ MOHAMMAD ABU FANI ġie mxellef mill-mimduda qabel intemm fix-xibka.

Iżda Hamrun wettqu reazzjoni tajba u fit-tmien minuta Painsley kellu xutt angulat fil-baxx minn pożiz­zjini ferm ideali li ġie salvat b’siequ mill-goalkeeper Denes Dibusa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ungeriżi, ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta rduppjaw l-iskor meta Emerson Marcelina mblokka xutt ta’ player avversarju biex mir-rebound il-ballun intemm għand KRISTOFFER ZACHARIASSEN li permezz ta’ daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun fix-xibka.

U jidher li huma ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif żewġ minuti biss wara, skorjaw it-tielet goal meta wara konfużjoni fil-kaxxa BARNABAS VARGA minn taħt il-lasta ma żbaljax.

Kulma jmur kompla d- dominju assolut ta’ Ferenc­varos u fis-56 minuta għamluhom erbgħa meta BAR­NABAS VARGA permezz xutt angolat minn ġol-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

B’Hamrun demoralizzati għall-aħħar, Ferencavoros komplew jixxalaw u fil-65 minuta skorjaw il-ħames goal meta BARNABAS VARGA wara li kkontrolla l-ballun b’sidru daħal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka, biex b’hekk irreġistra hat-trick personali.

L-aggressjoni min-naħa ta’ Ferencvaros baqgħet waħda persistenti u fit-62 minuta kienu għoddhom għamluhom sitta meta Mohammad Abu Fani kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin li stampa mal-wieqfa, b’Hamrun je­ħilsuha ħafif. 

Fis-76 minuta, konklużjoni ta’ Adama Traore ġiet imdawra f’corner minn Marchetti megħjun mill-mim­­duda.

Fid-89 minuta, Hamrun Spartans skorjaw il-goal tal-bandiera permezz ta’ LUKE MONTEBELLO b’xutt minn barra l-kaxxa.

Iżda l-aħħar kelma kienet ta’ Ferencvaros li minuta biss wara issiġilllaw ir-rebħa permezz ta’ ADAMA TRAORE li minn taħt il-lasta tefa’ l- ballun f’xibka vojta.

HAMRUN S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 91-Emerson Marcelina, 27-Ognjen Bjelicic, 10-Joseph Mbong (28-Juan Carlos Corabalan 72), 14-Elionay Freitas (42-Nemanja Krstic 72), 12-Roko Prsa, 17-Julian Nenov (25-Eder 59), 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny (7-Luke Montebello 59), 30-Seth Paintsil   – Coach: Lu­­ciano Zauri

Ferencvaros: 90-Denes Dibusz, 25-Cebrail Makreckis (31-Henry Wingo 57), 27-Ibrahim Cisse (4-Mats Knoester 66), 3-Samy Mimaee, 99-Cristian Ramirez (Lorand Paszka 78), 18-David Siger, 15-Mohammad Abu Fani (10-Tokmac Nguen 66), 20-Adama Traore, 7-Mohammed Ali Ben Romdhane (11-Owusu Kwabena 57),, 16-Kristoffer Zachariassen, 19-Barnabas Varga   – Coach: Csaba Maté

REFEREE: Eldorjan Hamiti (Albanija)

ASS. REFEREES: Rejdi Avdo, Rejdi Zaimi (Albanija)

RABA’ UFF: Andi Koci (Albanija)

SKORERS: M. Abu Fani 3, K. Zachariassen 51, B. Varga 53, 56, 65, A. Traore 90 (F); L. Montebello 89 (HS)

AMMONITI: . Prsa, J. Nenov, S. Borg, L. Montebello (HS); C. Makreckis (F)

Sport