Tuesday, December 24, 2024

UEFA Conf. Lge: Hamrun Spartans f’partita delikata kontra Ferencvaros

Aqra wkoll

Hamrun Spartans u Gzi­­ra United illum ikunu nvoluti fl-ewwel leg tat-tielet round tal-UEFA Confe­rence League kontra Ferenc­varos tal-Ungerija u Vik­toria Plzen tar-Repubblika Ċeka liema partiti huma kemmxejn diffiċli. 

Hamrun Spartans jibdew l-impenn tagħhom fl-Ista­dium Nazzjonali. 

Huma waslu sa dan l-is­tadju wara li warrbu l-isfida ta’ Dinamo Tbilisi bl-aggregate ta’ 3-1 (2-1, 1-0). 

Għal dan il-konfront hu­ma se jkunu mingħajr is-sospiż, Uros Djuranovic, li wara li skorja l-uniku goal fi Tbilisi, huwa ntwera l-karta l-ħamra wara argument jaħraq mal-coach avversarju waqt il-mistrieħ fi triqithom lejn id-dressing rooms … biex il-Ħamruniżi kellhom jilagħbu għal taq­sima sħiħ bi player inqas. 

Min-naħa tagħhom, Fe­rencvaros huma “klijenti re­golari” għall-Maltin fil- kompetizzjonijiet Ewropej hekk kif din se tkun il-ħames żjara f’pajjiżna. 

L-erba’ darbiet preċedenti kienu kontra erba’ timi­jiet differenti f’erba’ kompetizzjonijiet differenti. 

Kontra Floriana fl-1972-73 li huma tilfu 1-0 u rebħu 6-0 f’Budapest bil-kompetizzjoni kienet it-Tazza tat-Tazzi. Dak iż-żmien huma kellhom lill-attakkant Florian Albert li kien għamel isem mat-team nazzjonali.

Birkirkara ltaqgħu magħ­hom fl-istaġun 2003-04 fit- Tazza UEFA fejn sofrew żewġ telfiet, 5-0 u 1-0.

Imbagħad kien imiss lil Sliema Wanderers meta fl-Europa League tal-istaġun 2014-15, it-team Ungeriż ġie draw 1-1 f’Ta’ Qali u rebaħ 2-1 f’pajjiżu bl-iskor aggregate jkun l-aħjar mit-timijiet Maltin kontrihom.

L-aħħar li Ferencvaros lagħ­bu kontra team Malti kien fiċ-Champions League tal-istaġun 2019-20 meta ltaqgħu kontra Valletta fejn ġew draw 1-1 f’Malta u reb­ħu 3-1 fl-Ungerija.

Il-partita tibda fit-8.00 pm

Ekonomija

Sport