Friday, December 27, 2024

UEFA Conference League: Floriana jiddominaw … iżda jonqsu li jirbħu

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Floriana ……….0

Petrocub ………0

Fl-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Conference League, Floriana temmew fi draw ta’ mingħajr goals kontra Petrocub Hincesti tal-Moldova.

Minkejja li l-Greens iddominaw għal kollox lill-avversarji tagħhom, hu­ma ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka. 

Dan minħabba li l-Moldovani ffullaw id-difiża fit-tentattiv li jimblukkaw kull attakk Furjaniż liema pjan irnexxa fil-massimu tie­għu.

B’dan ir-riżultat, issa Petrocub huma favoriti li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni meta l-ġimgħa d-dieħla jilagħbu t-tieni leg f’darhom … peró jekk il-Greens juru l-istess prestazzjoni ma tkun l-ebda sorpriża li jaqtgħu l-passaġġ għar-round li jmiss.

Floriana utilizzaw sistema ta’ 3-4-3, waqt li Petrocub-Hincesti addottaw sistema ta’ 5-3-2.

Il-Greens kellhom nie­qes lid-difensur Zachary Cassar li jinsab imweġġa’.

Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss minuta, Kemar Reid kellu x-xutt tiegħu minn pożiz­zjoni ideali mdawwar f’cor­ner mill-goalkeeper Cris­tian Avram. 

Fis-26 minuta, Jose Uli­ses Arias kellu l-konlużjoni mid-distanza tintemm barra.

Fit-tieni taqsima, il-partita kompliet b’ritmu kaj­man ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan sas-60 minata meta Floriana kellhom ferħa bla temma hekk kif Jan Busutill, wieħed mill-aqwa players ta’ Floriana, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka iżda r-referee Ċek, Pavel Oral, kien diġá saffar għall-foul favur il-Greens bil-logħob kien wieqaf.

L-Armeni wieġbu fil-81 minuta meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Constantin Sandu li kien ilu biss minuta fil-ground, Sergiu Piatica kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm fuq is-saqaf tax-xibka.

Lejn it-tmiem, it-team immexxi mill-coach Gian­luca Atzori kompla jippressa iżda l-players ta’ Petrocub dehru kalmi, tant, li bdew jimmansaw kull tentattiv tal-Maltin li fil-veritá kien jimmeritahom li joħorġu rebbieħa.

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni, 8-Kemar Reid (11-James Scicluna 67), 9-Andrei Ciolacu (7-Mattia Veselji 67), 10-Jose Ulises Arias, 20-Matias Nicolas Garcia (21-Carlo Zammit Lonardelli 67), 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (18-Neil Cassar 88), 77-Alejandro Garzia (25-Lorenzo Trillo 58)   – Coach: Gianluca Atzori

PETROCUB: 29-Cristian Avram, 4-Victor, Mudrac, 8-Iaser Turcan (94-Cornel Cotogoi 70), 9-Vladmimir Ambros, 11-Sergiu Piatica, 13-Artem Fedorov (10-Alexandru Bejan 46), 17-Victor Bogaciuc, 73-Ioan-Calin Revenco (93-Constantin Sandu 80), 90-Ion Jarden, 97-Marius Iosipol, 96-Maxim Cojocaru (23-Mihai Lupan 83)  – Coach: Ivan Tabanov

REFEREE: Pavel Orel (Rep. Ċeka)

ASS. REFEREES: Petr Caletka, Tomas Mokrusch (Rep Ċeka)

RABA’ UFF: Josef Krejsa (Rep Ċeka)

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: A. Garzia, C. Rutjens, O. El Hasni (F), I. Jardan, M. Cojocaru, A. Bejan (P)

Ekonomija

Sport