Tuesday, December 24, 2024

UEFA Conference League: Hamrun Spartans isofru telfa kbira għand Partizan Belgrade

Aqra wkoll

Partizan Belgrade …….4

Hamrun Spartans …….1

Se tkun diffiċli għal Hamrun Spartans li jgħaddu  għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Conference League meta fl-ewwel leg tal-play-offs huma sfaw megħluba minn Partizan Belgrade bl-iskor ta’ 4-1 biex nhar il-Ħamis li ġej jilagħbu t-tieni leg.

Huma sabu quddiemhom avversarji b’saħħithom u għaldaqstant issa l-Ispartans għandhom missjoni impossibbli biex jilħqu l-objettiv tagħhom.

Iżda kienu huma li fetħu tajjeb u wara biss ħames minuti Jonny daħal fil-kaxxa minn fuq il-linja u b’bosta finti ġiet mblukkat fil-ħin minn Slobodan Urosevic.

Ir-reazzjoni ta’ Partizan kie­net waħda mmedjata u kellu jkun il-goalkeeper Henry Bonello li salva fuq Queensy Menig.

Peró fil-15-il minuta, is-Serbi fetħu l-iskor meta minn azzjoni mejta, Marko Zivkovic għadda lejn Menig li kompla lejn RICARDO GOMES li avvanza u antiċipa l-ħarġa ta’ Bonello billi dar miegħu u xeħet fix-xibka b’Marcelina in extremis jipprova jsalva minn fuq il-linja fatali. Dan kien il-50 goal li sofrew l-Ispartans fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Fil-25 minuta, Partizan irduppjaw meta minn corner mogħti minn Marko Ziv­kovic, Igor Vujacic xeħet bir-ras fuq l-ewwel lasta fejn kien hemm Slobodan Urosevic li għo­la fuq Roko Prsa u bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-33 minuta, l-Ispartans sofrew it-tielet goal meta minn corner favur tagħhom, Menig irnex­xielu jinnewtralizza u fetaħ mill-ew­wel fuq Patrick Andrade li rreċiprokalu l-ballun f’nofs il-ground (wara li l-istess Menig telaq jiġri b’veloċitá qawwija). Dan tal-aħħar avvanza u żmarka għal kollox lil FOUSSENI DIABATE li minn pożiz­zjoni ideali ma żbaljax.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Hamrun skorjaw iżda l-goal ġie inġustament imħassar wara li mill-free-kick ta’ Prsa, il-goalkeeper Aleksandar Popovic, laqa’ parzjalment biex Jonny da­ħal għar-rebound … mess il-ballun qabel ma għamel kuntatt ma’ Popovic li aċċentwa l-waqgħa u beda jżomm rasu (meta l-kuntatt sar mal-irkoppa) u bil-ballun spiċċa għand Juan Corbolan, dan xeħet fix-xibka.

Fit-tielet minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, is-sostitut Elvis Sukisa seta’ għamel aħjar meta, quddiem Popovic, ixxuttja ċentrali biex iċ-ċans intilef.

Peró fit-52 minuta l-Ispartans naqqsu l-marġni meta minn azzjoni ta’ corner, MATTHEW GUILLAU­MIER għeleb lil Popo­vic permezz ta’ daqqa ta’ ras.   Erba’ minuta wara, l-istess Popovic salva mi­rakolożament fuq daqqa ta’ ras ta’ Guillaumier mill-free-kick ta’ Prsa.

Iżda fis-77 minuta, is-Serbi skorjaw ir-raba’ goal permezz ta’ PATRICK ANDRADE minkejja li kien issikkat minn Marcelina u Steve Borg.

Dan il-goal kien id-daqqa mortali għall-Hamuriżi biex issa wieħed jistenna r-reazzjoni tagħhom fl-Istadium Nazzjonali.

PARTIZAN B.: 41-Aleksandar Popovic, 4-Sinisa Sanicanin, 5-Igor Vujacic, 6-Svetozar Markovic, 7-Patrick Andrade (77-Nemanja Jovic 82), 9-Queensy Menig (40-Kristijan Belic 59), 11-Ricardo Gomes (36-Nikola Terzic 91), 15-Ljubomir Fejsa, 17-Marko Zivkovic, 18-Fousseni Diabate (14-Samed Bazdar 91), 72-Slobodan Urosevic – Coach: Gordan Petric

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 3-Eder Domingos (7-Luke Montebello 73), 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 12-Roko Prsa, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Corbolan (22-Mousa Sowe 78), 35-Igor Nedeljkovic (9-Elvis Sukisa 46), 63-Jonny Torres (10-Jorge Soares Ailton 72), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Filip Glova (Slovakkja)

ASS. REFEREES: Peter Bednar, Daniel Polacek (Slovakkja)

RABA’ UFF: Michal Ocenas (Slovakkja)

SKORERS: R. Gomes 15; S. Urosevic 25, F. Diabate 33, P. Andrade 77 (PB); M. Guillau­mier 52 (HS)

AMMONITI: M. Zivkovic, K. Belic (PB); S. Borg (HS)

Ekonomija

Sport