L-avversarji ta’ Hamrun Spartans, il-Bulgari Levski Sofia, ressqu protest quddiem il-Bord tal-Protesti tal-UEFA biex it-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League jiġi null u jerġa’ jintlagħab.
Dan minħabba li huma qed isostnu li t-tieni goal li skorjaw Hamrun Spartans wasal minn pożizzjoni illeġittima tal-iskorer Ryan Camenzuli.
Filmat juru li Camenzuli, b’mod irregolari kien madwar tliet metri fin-naħa Bulgara qabel ma Hamrun Spartans komplew il-logħob miċ-ċirku ta’ nofs il-ground wara li sofrew il-goal tad-draw fil-91 minuta.
Peró din il-pożizzjoni rregolari ma ġiet innotata mill-ebda uffiċjal u għaldaqstant il-logħob seta jitkompla bil-konsegwenza li Camenzuli skorja l-goal tar-rebħa ta’ 2-1 bil-konsegwenza li l-logħba kellu tmur fil-ħin barrani meta l-aggregate kien dak ta’ 2-2.
Kif jaf kulħadd, ir-riżultat baqa’ dak ta’ draw sal-ħin barrani biex eventwalment l-Ispartans rebħu 4-1 bil-penalties biex ikkwalifikaw għall-play-offs ta’ din il-kompetizzjoni.
Inharqu hafna sigar eccelenza
Min mod u min iehor.Nigbru ghal vatikan u l kardinali jisirqu l flus u jixtru propjeta lingilterra.U ghaliex kellu jirrezenja l l papa precedenti.kullhadd jista jizbalja izda tatux ix xemx barbiel