Sunday, November 3, 2024

UEFA Conference League: Partita delikata għal Gzira United kontra Radnicki Nis

Aqra wkoll

Fit-tieni leg tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, barra minn xtutna Gzira United jiffaċċjaw lil Radnicki Nis tas-Serbja wara li fl-ewwel leg spiċċaw fi draw ta’ 2-2 bil-goal tal-avversarji jasal fil-ħin miżjud li jista’ jkun il-biljett biex jaqtgħu l-passaġġ għar-round li jmiss.

Wara li Radnicki fetħu l-iskor minn Nikola Stulic, il-Maroons dawru l-iskor favur tagħhom b’żewġ goals ta’ Maxuell Maia bit-tieni wieħed jasal minn penalty. U meta kollox deher li l-Gżirjani kienu se jirbħu dan il-konfront, Maka Ga­kou, kiseb id-draw wara nuqqas ta’ attenzjoni tad-difiża Maltija.

Ta’ min jgħid li Maia huwa t-tielet player Gżirjan li skorja doppjetta f’kompetizzjoni Eworpea wara Hamed Kone u Jefferson De Assis. 

Il-coach Darren Abdilla kien sodisfatt bir-reazzjoni tat-team tiegħu meta f’mument minnhom kienu minn taħt għalkemm ma kienx daqshekk kuntent li Radnicki kisbu d-draw proprju fil-ħin mogħti żej­jed. Peró minkejja li din se tkun partita diffiċli … xejn għadu mitmum … jistgħu jikkwalifikaw. 

Abdilla jkun qed jimmira għar- raba’ kwalifikazzjoni wara li għamel dan fl-2018-19 kontra UE Sant Julia fil-UEFA Europa League … u darb­tejn fil-UEFA Conference League kontra l-istess UE Sant Julia fl-2021-22 u proprju ftit tal-jiem ilu kontra Atletic D’Escaldes, jiġifieri fl-ewwel round ta’ din l-edizzjoni.    

Il-coach tat-team mis-Serbja, Tomislav Sivic, qal li xejn inqas minn rebħa ma tissodisfah u jittama li l-fatt li se jilagħbu quddiem madwar 18,000 spettatur jagħti motivazzjoni lill-players sabiex jilħqu l-objettiv tagħhom. 

Ir-rebbieħ jaffronta lil Wolfsber­ger tal-Awstrija fit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni.

Il-logħba se tintlagħab fi Stadion Cair f’Nis u tibda fis-7.00 pm. 

Sport