Hibernians …….…1
Spartak Trnava ….2
Minn Cristian Muscat
Fl-ewwel leg tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, wirja qalbiena mir-rebbieħa tal-FA Trophy tal-istaġun li għadda, Hibernains, ma kinitx biżżejjed għalihom hekk kif huma sofrew telfa stretta ta’ 2-1 kontra s-Slovakki ta’ Spartak Trnava.
Iżda għalkemm tidher xi ftit diffiċli għall-Pawlisti, kollox għadu miftuħ hekk kif iż-żewġ timijiet jerġgħu jaffrontaw lil xulxin il-ġimgħa d-dieħla, din id-darba fis-Slovakkja.
Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fis- seba’ minuta meta Bjorn Kristensen għadda tejjeb lejn Miullen li kellu x-xutt fil-baxx tiegħu minn pożizzjoni angolata jintemm ftit barra.
Spartaka Trnava wieġbu fit-12-il minuta meta Milos Kratochvil kellu xutt fil-baxx salvat tajjeb mill-goalkeeper Rumen ta’ Hibernians, Laurentiu Branescu, li fil-passat kien anke fuq il-kotba ta’ Juventus.
Huma komplew fuq l- offensiva u seba’ minuti wara Philip Azamgo minn pożizzjoni ideali kellu l- konklużjoni tintemm ftit għoli.
Azzjoni wara l-oħra, fis-27 minuta, Spartak Trnava fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross fuq ix-xellug, LIBOR HOLIK, mattar siequ u mill-viċin tefa’ ġewwa.
Is-Slovakki komplew jiddominaw u, fid-39 minuta, xutt mill-viċin ta’ Roman Prochazka ħareg l-aħjar ta’ Branescu li dawwar f’corner bi bravura.
Fit-tieni taqsima, ir-ritmu naqas minħabba s-sħana qawwija li rrenjat fil-Gżejjer Maltin, bil-logħob ikun konċentrat f’nofs il-ground.
Peró, fid-79 minuta, Hibernians kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, CHARLESTON għola tajjeb fuq kulħadd u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ fix-xibka proprju fid-debutt tiegħu.
Iżda Hibernains bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal meta Spartak ingħataw penalty, fl-84 minuta, meta Charleston, għadda pass qasir lura bir-ras lejn il-goalkeeperBranescu, b’dan tal-aħħar joħroġ barra minn postu u b’siequ jwaqqa’ lil Twardzik fil-kaxxa.
Mill-11-il metru inkarga ruħu, ROMAN PROVHAZKA, li permezz ta’ xutt ċentrali b’saħħtu, ma ħafirx.
HIBERNIANS: 1-Laurentiu Branescu, 4-Alfred Silas, 7-Lucas Vilella, 8-Pedro Cacho (6-Lucas Caruana 69), 9-Miullen, 10-Jurgen Degabriele (21-Alex Bruno 68), 11-Bjorn Kristensen, 13-Pablo Alves (22-Duane Bonnici 72), 16-Aiden Zammit (3-Charleston 68), 23-Matthew Ellul, 31-Pedrao – Coach: Branko Nisevic
SPARTAK TRNAVA: 1-Ziga Frelih, 2-Patrick Nwadike, 4-Libor Holik, 6-Roman Prochazka, 11-Philip Azango (19-Timotej Kudlicka 61), 14-Milos Kratochvil (28-Giorgi Moistrapishvili 84), 24-Kristian Kostrna, 29-Martin Mikovic (3-Roko Jureskin 91), 33-Filip Twardzik, 57-Michal Duris (18-Hilary Gong 95), 88-Cedric Badolo (17-Jakub Paur 61) – Coach: Michal Scasny
referee: Visar Kastrati (Kosovo)
ASS. refereeS: Besnik Morina, Granit Hyseni (Kosovo)
RABA’ UFF. Alban Shala (Kosovo)
SKORERS: L. Holik 27, R. Provhaska pen. 84 (ST), Charleston 79 (H)
AMMONITI: K. Kostrna, F. Twardzik, R. Provhaska (ST), B, Kristensen, Miullen, L. Villela, L. Branescu, Charleston (H)