Il-kwadru tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League u dak tal-UEFA Conference League issa huwa komplet meta l-bieraħ intlagħab it-tieni leg tal-play-offs.
Nottm F. v Fenerbache – Nottingham Forest sfaw megħluba f’darhom minn Fenerbahce bl-iskor ta’ 2-1 iżda xorta waħda għaddew bl-aggregate ta’ 4-2. Muhammed Kerem Akturkoglu (22, 48 pen) skorja ż-żewġ goals ta’ Fenerbahce filwaqt li Callum Hudson-Odoi (68) irreċiproka għall-Forest.
Bologna v SK Brann – Bologna laqgħu lil SK Brann tan-Norveġja u ssuperawhom bl-iskor ta’ 1-0 għal aggregate ta’ 2-0. Wara li Brann kellhom lil Jacob Lungi Sorensen (35) imkeċċi, Bologna skorjaw il-goal importanti permezz ta’ Joao Mario (56).
Stuttgart v Celtic – Celtic marru għand Stuttgart u minkejja li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, huma sfaw eliminati bl-aggregate ta’ 4-2. L-uniku goal ġie skorjat minn Luke McCowan, fl-ewwel minuta.
Ferencvaros v Ludogorets – Ferencvaros, li huma mmexxija minn Robbie Keane, għelbu lil Ludogorets tal-Bulgarija bl-iskor ta’ 2-0 biex qatgħu l-passaġġ għar-round li jmiss bl-aggregate ta’ 2-1. Iż-żewġ skorers kienu Gabi Kanichowsky (14) u Kristoffer Zachariassen (30).
UEFA CONFERENCE LEAGUE
Fiorentina v Jagiellonia – F’partita li marret fil-ħin barrani, Fiorentina sfaw megħluba minn Jagiellonia tal-Polonja bl-iskor ta’ 4-2 iżda xorta waħda għaddew bl-aggregate ta’ 5-4.
Il-goals tal-viżitaturi, li kellhom lil Bernardo Vital (119) imkeċċi, ġew skorjati minn hat-trick ta’ Bartosz Mazurek (23, 45, 49) u Jesus Imaz (118) filwaqt li għall-Viola wieġbu Nicolo Fagioli (107) u Moise Kean (114).
Crystal Palace v Zrinjski – Crystal Palace għelbu lil Zrinjski tal-Kroazja bl-iskor ta’ 2-0 grazzi għal Maxence Lacroix (36) u Evann Guessand (92) biex ikkwalifikaw għar-round li jmiss bl-aggregate ta’ 3-1.

