Sunday, November 24, 2024

UEFA Futsal Champ. Lge – Luxol jirbħu kontra Hammarby

Aqra wkoll

Luxol…………….3

Hammarby……..2

Luxol kisbu l-ewwel rebħa minn grupp 5 tar-rawnd ewlieni tal-UEFA Futsal Champions League meta fil-Padiljun tal-Universita’ fl-Imsida huma għelbu lill-Iżvediżi ta’ Hammarby bl-iskor ta’ 3-2.

Kif mistenni, Luxol ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk tant li bdew jiddominaw ħafna mill-pussess. Minkejja kollox kienu Hammarby li marru minn fuq meta wara kontrattakk veloċi, kien Ignatius Malki li daħal fl-ark difiż minn Luxol u b’xutt fil-baxx ma ħafirx.

Bl-ewwel taqsima li ntemmet b’Hammarby 1-0 minn fuq.Kif bdiet it-tieni taqsima, Luxol ħarġu aktar aggressivi u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta wara pass ta’ Bolt kien Maicon li xeħet il-ballun fix-xibka.Minkejja kollox, it-tim minn St Andrews ftit dam igawdi dan id-dro għax kien proprju Ignatius Malki li għeleb lill-gowlkiper Vella sabiex għaqqad doppjetta personali.Luxol baqgħu kalmi u wara ħafna tentattivi fejn saħansitra laqtu tliet darbiet il-lasta sa fl-aħħar reġgħu ġabu d-dro minn Hebbert Bolt wara azzjoni ta’ frikik.Luxol riedu r-rebħa u kien għalhekk li ħarġu bil-flying keeper sabiex iżidu aktar l-attakk tagħhom. U kien proprju Jean Carlos Pereira Costa li  skorja gowl drammatiku sabiex issiġġilla l-iskor finali ta’ 3-2 favur it-tim tiegħu.

Sadanittant f’logħba oħra li ntlagħbet minn dan il-grupp Haladas għelbu lil Rekord Bielsko Biala bl-iskor ta’ 4-3 sabiex jinsabu pass bogħod mill-kwalifikazzjoni.

Sport