Friday, December 20, 2024

UEFA U/21: L-Ingilterra fil-kwarti-finali

Aqra wkoll

L-Ingilterra kkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena li qed issir fiż-żewġ pajjiżi tar-Rumanija u Georgia.

Huma qed jillidjaw Grupp C b’punti massimi meta din id-darba għelbu lill-Iżrael bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Anthony Gordon (16) u Emile Smith-Rowe (69).

Mill-istess grupp, ir-Repubblika Ċeka qabżu fit-tieni post tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-1 fuq il-Ġermanja.

Iż-żewġ skorers kienu Vaclav Sejk (33) u Martin Vitik (87) filwaqt li Angelo Stiller (70) kiseb id-draw momentarju. 

Minn Grupp D, l-Italja għelbu lill-Isvizzera bl-iskor ta’ 3-2. L-Azzurri fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Lorenzo Pirola (6), Degnand Gnonto (11) u Davide Biraschi (45). 

L-Isvizzeri għamlu rimonta li ma kinetx biżżejjed b’żewġ goals ta’ Kastriot Imeri (47) u Mohamed Zeki (52).

Ekonomija

Sport