Meta lbieraħ ntlagħab l-ewwel programm tal-Aħħar 32 tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Conference League, fl-aqwa partita tal-ġurnata Barcelona u Napoli temmew fi draw ta’ 1-1 biex kollox għadu inċert u miftuħ bejn dawn iż-żewġ timijiet.
Kien Piotr Zielinski (29) li fetaħ l-iskor għan-Naplitani iżda Ferran Torres (59 pen) kiseb id-draw għall-Katalani.
Borussia D. v Rangers – Rangers marru l-Ġermanja u għelbu lil Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals tagħhom jaslu minn James Tavernier (38 pen), Alfredo Morelos (41), John Lundstram (49) u auto-goal ta’ Dan Axel Zagadou (54) filwaqt li għal Borussia wieġbu Jude Bellingham (51) u Raphael Guerreiro (82).
Atalanta v Olympiakos – Atalanta dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Olympiakos bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Berat Djimsiti (61, 63) wara li Tiquinho Soares (16) fetaħ l-iskor għat-team Grieg.
Porto v Lazio – Anke Porto rnexxielhom jiġu minn żvantaġġ meta għelbu lil Lazio bl-iskor ta’ 2-1. Kien Mattia Zaccagni (23) li fetaħ l-iskor għal Lazio iżda Toni Martinez (37, 49) dawwar ir-riżultat favur il-Portugiżi.
UEFA CONFERENCE LGE
Celtic v Bodo-Glimt – L-akbar sorpiża ġiet reġistrata mit-team Norveġiż ta’ Bodo Glimt li marru l-Iskozja u kontra kull mistenni għelbu lil Celtic bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Runar Espejord (7), Amahl Pellegrino (55) u Hugo Vetlesen (82) filwaqt li Daizen Maeda (79) irrisponda għal Celtic.
Leicester v Randers – Leicester kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 fuq Randers bl-iskorers ikunu Wilfred Ndidi (23), Harvey Barnes (49), Patson Daka (54) u Kieman Dewsbury-Hall (74).Vito Mistrati (45) wieġeb għad-Daniżi.