Tuesday, August 5, 2025

UEL: Hamrun S./Maccabi Tel Aviv kontra RFS/KuPS Kuopio

Aqra wkoll

 

Iċ-champions Maltin, Hamrun Spartans, li llum se jieħdu sehem fit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League ġew imtellgħin ma’ RFS tal-Latvja, jew KuPS Kuopio tal-Finlandja fir-round tal-Play-Off.

Dan iseħħ jekk huma jegħlbu lil Maccabi Tel Aviv ta’ Iż­rael fit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni li jidhru li huma favoriti li jkomplu javvanzaw.

Jekk jitilfu, l-Ispartans jgħaddu għall-Play-Off tal-UEFA Conference League, fejn jiffaċċjaw lit-telliefa tal-logħba tal-Europa League bejn RFS u KuPS Kuopio.

RFS jidhru li huma l-aktar team li jista’ jiltaqa’ mal-Ispartans bil-Latvjani diġá lagħbu kontra team Malti f’dawn il-kompetizzjonijiet.

RFS kienu rebħu t-tieni leg fis-Centenary Stadium 3-1 kontra Hibernians iżda l-logħba se tibqa’ mfakkra għal xi deċiżjonijiet dibattibbli mir-referee Irlandiż, li annulla goal li deher validu għat-team ta’ Raħal Ġdid.

Sadanittant, jekk Hamrun Spartans jagħmlu l-inkonċepibbli u jegħlbu lil Maccabi Tel-Aviv fl-Europa League, jistgħu jiffaċċjaw oppożizzjoni familjari fir-round tal-Play-Off tal-Europa League.

Iċ-champions Maltin se jiffaċċjaw lit-team li jitlef it-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League bejn Dinamo Kiev tal-Ukrajna u Ċiprijotti, FC Pafos.

Kiev eliminaw lil Hamrun Spartans mill-kompetizzjoni tal-clubs elite tal-UEFA fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni wara li kisbu rebħiet identiċi ta’ 3-0 għal aggregate ta’ 6-0 ix-xahar li għadda.

Ir-round tal-Play-Off kemm tal-Europa League kif ukoll tal-Conference League se jintlagħab fil-21 u fit-28 ta’ Awwissu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport