Hamrun Spartans ……1
Maccabi Tel Aviv ……2
Minn Cris Muscat
F’konfront validu mill-ewwel leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, Hamrun Spartans sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 minn Maccabi Tel Aviv, b’goal fil-ħin miżjud. Din il-partita ntlagħbet taħt sigurtá stretta u ma kienx hemm preżenti partitarji Iżraeliti.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu wara biss ħames minuti meta minn azzjoni ta’ corner, Ryan Camenzuli xeħet cross li sab lil N’Dri Philippe Koffi li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit għoli.
Maccabi Tel Aviv wettqu risposta mmedjata fejn Sagiv Jehezkel, ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Henry Bonello, li ħareġ minn postu u interċetta l-ballun f’corner.
Fit-12-il minuta, l-Ispartans reġgħu ħolqu l-periklu meta Saliou Thioune kellu l-konklużjoni minn tarf il-kaxxa devjata f’corner.
Fl-20 minuta, Eder għadda tajjeb lejn Camenzuli li għal darb’oħra reġa’ xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Thioune li iżda minn pożizzjoni ideali, ma rnexxielux jagħmel kunatt mal-ballun.
Iżda kienu l-Iżraeliti li resqu ferm qrib li jiftħu l- iskor minuta biss wara meta Roy Revibo temm azzjoni personali b’xutt mill-viċin li ġie salvat minn fuq il-linja fatali mid-difensur Ognjen Bjelicic. Huma komplew jippressaw u fit-22 minuta, il-captain Dor Peretz, kellu konklużjoni minn qagħda ideali tintemm għoli.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Ħamruniżi ħarġu fuq l-offensiva, fejn fis-47 minuta Eder kellu x-xutt tiegħu antiċpat f’corner u fl-54 minuta, Camenzuli għadda lejn Bjelicic li l-cross-shot tiegħu sab lil Roi Mishpati, attent.
L-istess goalkeeper kien providenzjali għal Maccabi hekk kif salva b’siequ x-xutt angolat ta’ Mbong.
Fis-70 minuta huma marru fil-vantaġġ meta rebħu penalty hekk kif Issouf Sissokho waqqa’ lil Thioune fil-kaxxa. Mill-11-il metru N’DRI PHILIPPE KOFFI ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Peró, fid-79 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, Maccabi kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner, id-difensur ROY REVIVO kkontrolla tajjeb u b’xutt fil-baxx xeħet fix-xibka.
Fis-96 minuta, Maccabi skorjaw il-goal tar-rebħa minn DOR TURGEMANwara indeċiżjoni fid-difiża.
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 2-Rafael Compri, 9-Saliou Thioune (47-Mouad El Fanis 82), 10-Joseph Essien Mbong, 13-Vincezo Polito (91-Emerson Marcelina 63), 19-N’Dri Philippe Koffi (99-Stijn Meijer 79), 20-Jovan Cadjenovic, 24-Ante Coric (33-Domantas Simkus 63), 25-Eder (8-Matias Nicolas Garcia 88), 27-Ognjen Bjelicic, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Giacomo Modica
MACCABI TEL AVIV: 90-Roi Mishpati, 3-Roy Revivo, 5-Mohamed Ali Camara (13-Raz Shlomo 81), 6-Tyrese Asante, 10-Wesley Patati (30-Itamar Noy 82), 11-Sagiv Jehezkel (77-Osher Davide 63), 18-Nemanja Stojic, 28-Issouf Sissokho, 36-Ido Shahar (19-Elad Madmon 46), 42-Dor Peretz, 98-Ion Nicolaescu (9-Dor Turgeman 63) – Coach: Zarko Lazetic
referee: Kristo Tohver (Estonja)
ASS. refereeS: Silver Koiv, Sander Saga (Estonja)
RABA’ UFF: Kevin Kaivoja (Estonja)
SKORERS: N. P. Koffi pen. 71 (HS), R. Revivo 79, D. Turgeman 96 (MTA)
AMMONITI: I. Nicolaescu, I. Sissokho, N. Stojic (MT), V. Polito, O. Bjelicic, E. Marcelina (HS)