Monday, October 14, 2024

UEL: Juventus isalvaw ir-riżultat b’mod drammatiku

Aqra wkoll

Juventus v Sevilla

F’partita mill-isbaħ u ferm emozzjonanti, Juventus, ġewwa darhom fl-Allianz Arena kisbu draw drammatiku ta’ 1-1 kontra Sevilla, bil-goal tad-draw għalihom jasal mis-sostitut Federico Gatti (97). Sevilla kienu fetħu l-iskor permezz ta’ Youssef En Nesyri (26).

Notevoli huwa l-fatt li din kienet il-500 logħba għall-captain ta’ Juventus, Leonardo Bonucci bil-flokk tal-Bianconeri. Madankollu, huwa kien sfortunat hekk kif sofra injury u kellu jiġi mibdul minn Federico Gatti fil-61 minuta.

Roma v Bayer Leverkusen

Roma ġewwa darhom fi Stadio Olimpico kisbu rebħa ta’ 1-0 kontra Bayer Leverkusen, fejn irnexxielu jsibu ix-xibka għall-Giallorossi, Edoardo Bove (63).

Sport