Monday, November 4, 2024

UEL: Juventus miżmuma minn Nantes … iżda kienu sfortunati

Aqra wkoll

F’partita valida mill-UEFA Europa League, Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Nantes. 

Iżda fil-veritá, il-Bianconeri kienu sfortunati li ma ħarġux rebbieħa hekk kif wara l-ftuħ ta’ Dusan Vlahovic, huma laqtu l-lasti tliet darbiet u fil-ħin miżjud ġew imċaħħda minn dak li deher penalty ċar.

Kien Dusan Vlahovic (13) li fetaħ l-iskor wara azzjoni bejn Angel Di Maria u Federico Chiesa. 

Iżda l-Franċiżi kisbu d-draw minn Ludovic Blas (60) wara kontrattakk veloċi. 

Sitt minuti wara, Chiesa resaq ferm viċin li jixħet lill-Bianconeri fil-vantaġġ iżda minn taħt il-lasti huwa laqat in-naħa t’isfel tal-mimduda bil-ballun jinżel fuq il-linja fatali u jaħbat mal-wieqfa qabel jinqala’ għal barra. 

Fit-72 minuta, Juventus reġgħu ġew imċaħħda mill-mimduda din id-darba mit-tenattiv ta’ Di Maria. 

L-aktar kontroversja waslet fil-ħin miżjud meta Juventus ġew imċaħħda minn penalty wara li Fabien Centonze litteralment mess il-ballun b’idu mill-cross ta’ Juan Cuadrado. Iżda minflok, ir-referee saffar għal foul favur Nantes.

Sport