UEFA EUROPA LEAGUE
Roma v Feyenoord – Roma trijonfaw wara l-ħin barrani bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals għalihom jaslu minn Spinazzola (60), Dybala (89), El Shaarawy (101) u Pellegrini (109). Igor Paixao (80) skorja l-uniku goal għal Feyenoord.
Sevilla v Man Utd – Sevilla għamluha mal-aħħar erbgħa meta għelbu lil Man Utd bl-iskor ta’ 3-0, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu En Nesyri (8, 81) u Bade (47).
Sporting v Juventus – Juventus kisbu l-passaġġ għas-semi-finali, meta temmew il-konfront tagħhom kontra Sporting fi draw ta’ 1-1, fejn kien Rabiot (9) li fetaħ l-iskor għalihom, qabel ma Edwards (20) minn penalty ġab l-iskor indaqs għal Sporting.
St Gilloise v Leverkusen – Leverkusen kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-1 barra minn darhom kontra St Gilloise bl-iskorers għalihom ikunu Diaby (2), Bakker (38), Frimpong (61) u Hlozek (79). Terho (65) naqqas il-marġni tal-iskor għall-Belġjani.
UEFA CONFERENCE LEAGUE
West Ham v Gent – West Ham umiljaw lil Gent meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-1, bil-goals għalihom jaslu minn Antonio (37, 63), Paqueta (55) minn penalty u Rice (58). Cuypers (26) skorja l-uniku goal għal Gent.
Fiorentina v Lech Poznan – Fiorentina sfaw megħluba minn Lech Poznan bl-iskor ta’ 3-2, iżda xorta waħda kisbu l-passaġġ għas-semi-finali bi skor aggregate ta’ 6-4. Il-goals għall-Viola waslu minn Sottil (78) u Castrovilli (92). Sousa (9), Velde (65) minn penalty u Sobiech (69) wieġbu għall-Pollakki.
Alkmaar v Anderlecht – Alkmaar trijonfaw wara l-għoti tal-penalties meta għelbu lil Anderlecht bl-iskor aggregate ta’ 3-2. Dan wara li l-Olandiżi sal-ħin regolamentari temmew bir-riżultat ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn doppejtta personali ta’ Pavlidis (5, 13), bl-ewwl goal għalih jasal minn penalty.
Nice v Basel – Basel għebu lil Nice bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers għalihom ikunu Augustin (86) u Adams (98). Laborde (9) fetaħ l-iskor għal Nice.