Meta ntlagħab l-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League, l-attenzjoni prinċipali kienet mixħuta fuq Manchester United li lagħbu fi Spanja kontra Real Sociedad bir-riżultat jintemm f’paritá.
Min-naħa l-oħra, Rangers kisbu s-sopriża tal-ġurnata b’rebħa fuq Fenerbahce, fit-Turkija.
Real Sociedad v Man Utd – Kollox għadu miftuħ beraħ bejn Real Sociedad u Manchester United wara li temmew fi draw ta’ 1-1.
Kien Joshua Zirkzee (57) li fetaħ l-iskor għar-Red Devils iżda Mikel Oyarzabal (70) kiseb id-draw għall- Ispanjoli mill-11-il metru.
Alkmaar v Tottenham – Tottenham Hotspur marru l-Olanda u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn auto-goal ta’ Lucas Bergvall (18) meta fit-tenattiv li jikklerja l-ballun laqtu ħażin u llobjah għal ġox-xibka.
Fenerbahce v Rangers– Rangers irreġistraw is-sorpriża tal-ġurnata meta barra minn darhom għelbu lit-team immexxi mill-coach, José Mourinho, Fenerbahce bl-iskor ta’ 3-1.
Il-goals tal-Iskoċċiżi waslu minn Cyriel Dessers (7) u doppjetta ta’ Vaclav Cerny (42, 81) filwaqt li Alexander Djiku (30) skorja għat-team Tork.
Steaua v Lyon– Lyon marru r-Rumanija u għelbu li Steaua Bucharest bl-iskor ta’ 3-1 biex għandhom sieq waħda fil-kwarti-finali.
L-iskorers tagħhom kienu Nicolas Tagliafico (30) u Malick Fofana (86, 89) li skorja doppjetta filwaqt li Alexandru Baluta (68) kiseb id-draw momentarju għal Steaua.
Viktoria Plzen v Lazio – Barra minn darhom Lazio għelbu lil Vitkoria Plzen bl-iskor ta’ 2-1.
L-iskorers kienu Alessio Romagnoli (18) u Gustav Isaksen (98) filwaqt li Rafiu Durosinmi (53) skorja għaċ-Ċeki.
Lazio kellhom lil Nicolo Rovella (77) u Samuel Gigot (93) imkeċċija.
Roma v Athletic Bilbao – Roma għelbu lil Athletic Bilbao bl-iskor ta’ 2-1 b’goals minn Angelino (56) u Eldor Shomurodov (94) wara li Inaki Williams (50) fetaħ l-iskor għall-Ispanjoli li kellhom lil Yeray Alvarez (87) imkeċċi.
Conference League
REBĦA GĦAL CHELSEA TELFA GĦALL-VIOLA
Copenhagen v Chelsea – Chelsea marru d-Danimarka u għelbu lil FC Copenhagen bl-iskor ta’ 2-1.
Wara taqsima ta’ mingħajr goals, il-Pensioners fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Reece James (46) u Enzo Fernandez (65) filwaqt li Gabriel Pereira (79) naqqas id-defiċit għad-Daniżi.
Panathinaikos v Fiorentina – Panathinaikos laqgħu lil Fiorentina u ssuperawhom bl-iskor ta’ 3-2.
Il-Griegi fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Karol Swiderski (5) u Nemanja Maksimovic (19) iżda l-Viola rreċiprokaw b’żewġ goals minn Lucas Beltran (20) u Nicolo Fagioli (23).
Madankollu, Tete (55) skorjaw l-goal tar-rebħa għal Panathinaikos.