Sunday, September 8, 2024

UEL: Liverpool u Roma viċin il-kwarti-finali

Aqra wkoll

Liverpool u Roma għamlu pass kbir lejn il-kwa­lifikazzjoni tal-kwarti-finali tal-UEFA Europa League meta fl-ewwel leg tal-Aħħar 16 huma ħarġu rebbieħa bi skors kbar meta għelbu lil Sparta Prague u lil Brighton rispettivament.

EUROPA LEAGUE

Sparta Prague v Liverpool – Barra minn darhom Li­verpool għelbu lil Sparta Prague bl-iskor ta’ 5-1 biex  għandhom sieq waħda mal-aħħar tmienja.

Il-goals waslu minn Ale­xis MacAllister (7 pen), Dar­win Nunez (25, 45), Luis Diaz (53) u Dominik Szoboszlai (92) filwaqt li Conor Bradley (46) ikkommetta auto-goal favur iċ-Ċeki.   

Roma v Brighton – Roma warrbu għal kollox l-isfida ta’ Brighton meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, bl-iskor­ers ikunu Paulo Dybala (13), Romelu Lukaku (43), Gianluca Mancini (64) u Bryan Cristante (68).

Milan v Slavia Prague – F’darhom Milan għelbu lil Slavia Prague bl-iskor ta’ 4-2 bil-goals jaslu minn Oli­vier Giroud (34), Tijani Reijnders (44), Ruben Loftus-Cheek (45) u Christian Pulisic (85) filwaqt li David Doudera (36) u Ivan Schranz (65) skorjaw għaċ-Ċeki li kellhom lil El Hadji Malick Diouf (26) imkeċċi għal karta ħamra diretta.  

Qarabag v Leverkusen – Leverkusen baqgħu bir-rekord ta’ bla megħluba f’dan l-istaġun meta rkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ goals permezz ta’ Florian Wirtz (70) u Patrik Schick (2) wara li Yassine Benzia (26) u Juninho (45) skorjaw għat-team Azeri.

Freiburg v West Ham – Freiburg għelbu lil West Ham 1-0, b’goal minn Michael Gregoritsch (81).

Sporting v Atalanta – Fil-partita li ntlagħbet nhar l-Erbgħa, Atalanta kisbu riżultat tajjeb meta barra minn darhom spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Sporting Lisbon. Kien Paulinho (17) li fetaħ l-iskor għall-Portu­gi­żi iżda Gianluca Scamacca (39) salva r-riżultat għat-team immexxi mill-coach Gian Piero Gasperini.

CONFERENCE LEAGUE

Ajax v Aston Villa – Fl-aqwa partita ta’ dan ir-round ta’ din il-kompetizzjoni, Ajax ospitaw lil Aston Villa u temmew fi draw ta’ 0-0, biż-żewġ timijiet ikollhom player imkeċċi … Ezri Konsa (83) għall-Villa u Tristan Gooijer (86) għal Ajax.

Maccabi H. v Fiorentina –  Barra minn darhom Fio­rentina għelbu lil Maccabi  Haifa 4-3 fejn għalihom skorjaw M’Bala Nzola (2),  Lucas Beltran (59), Rolando Mandragora (73) u Antonin Barak (95) filwaqt li Abdoulaye Seck (13),  Gadi Kinda (29) u Anan Khalaili (67) skorjaw għal Maccabi Haifa.

Ekonomija

Sport