Meta ntlagħbet is-sitt ġurnata tal-Fażi tal- Kampjonat tal-UEFA Europa League, Manchester United għamlu pass kbir lejn kwalifikazzjoni diretta għall-Aħħar 16 meta barra minn darhom dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Viktoria Plzen bl-iskor ta’ 2-1.
Kienu ċ-Ċeki li fetħu l-iskor minn Matej Vydra (48) iżda doppjetta ta’ Rasmus Hojland (62, 88) tat ir-rebħa lir-Red Devils.
Roma v Braga – Roma insew il-forma fqira tagħhom fil-kampjonat biex għelbu lil Braga bl-iskor ta’ 3-0.
Kif jindika r-riżultat, Roma ddominaw dan il-konfront bil-goals jaslu minn Lorenzo Pellegrini (10), Saud Abdulhamid (47) Mario Hermoso (92).
It-team Portugiż kellu lil Matheus (68) imkeċċi għal karta ħamra diretta.
Rangers v Tottenham – F’logħba bilanċjata, Rangers u Tottenham spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Hamza Igamane (47) skorja għal Rangers iżda Dejan Kulusevski (47) kiseb iddraw għal Spurs
Ajax v Lazio – Lazio baqgħu jżommu l-ewwel post wara li marru l-Olanda u għelbu lil Ajax bl-iskor ta’ 3-1 .
Il-goals ġew skorjati minn Loum Tchaouna (12), Fisayo Dele-Bashiru (52) u Pedro (77) filwaqt li Bertrand Traore (47) wieġeb għat-team ospitu.