Fil-UEFA Europa League, Juventus u Manchester United ikkwalifikaw mal-Aħħar 16 meta għelbu lil Nantes u lil Barcelona rispettivament.
Manchester United laqgħu lil Barcelona u għelbuhom 2-1 għal aggregate ta’ 4-3.
Kien Robert Lewandowski (18) li fetaħ l-iskor minn penalty.
Iżda żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Fred kiseb id-draw għar-Red Devils filwaqt li l-Brażiljan Antony (73) ta r-rebħa lit-team immexxi minn Erik ten Hag.
Juventus għaddew għall- Aħħar 16 meta marru għand Nantes u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0 għal aggregate ta’ 4-1.
L-eroj tal-Bianconeri kien Angel Di Maria (5, 20 pen, 78) li skorja hat-trick. Il-Franċiżi kellhom lil Nicolas Pallois (18) imkeċċi għal karta ħamra diretta.
Minkejja li Sevilla sfaw megħluba minn PSV Eindhoven bl-iskor ta’ 2-0, huma xorta waħda għaddew b’aggregate ta’ 3-2.
UEFA Conference League
Lazio kkwalifikaw għall-Aħħar 16 meta barra minn darhom temmew fi draw ta’ mingħajr goals kontra Cluj tar-Rumanija għal aggregate ta’ 1-0.
Fiorentina saru t-tieni team Taljan li għaddew meta għelbu lil Braga bl-iskor ta’ 3-2 għal aggregate ta’ 7-2.