Friday, February 21, 2025

UEL: Polza delikata għal Man Utd kontra Real Sociedad

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa Lea­gue, Manchester United għandhom konfront mill-aktar delikat hekk kif se jaffrontaw lill-Ispanjoli ta’ Real Sociedad, filwaqt  li Tottenham jilagħbu kontra AZ Alkmaar u Rangers jiltaqgħu ma’ Fenerbahce ta’ Jose Mourinho.

Iż-żewġ timijiet tal-belt kapitali Taljana, Roma u Lazio, setgħu ltaqgħu kontra xulxin f’dan ir-round iżda evitaw lil xulxin hekk kif Roma se jilagħbu kontra Athletic Bilbao filwaqt li Lazio se jaffrontaw liċ-Ċeki ta’ Viktoria Plzen. 

Jekk il-United javvanzaw, huma jilagħbu kontra l-leaders tal-kampjonat Rumen FCSB jew Lyon fil-kwarti-finali.

Spurs jew it-team Olandiż AZ Alkmaar se jiffaċċjaw lil Eintracht Frankfurt jew Ajax fil-kwarti-finali, filwaqt li Ran­gers jiltaqgħu kontra Roma jew Athletic Bilbao jekk jegħlbu lit-Torok ta’ Fenerbahce.

Min-naħa l-oħra, jekk Lazio jikkwalifikaw fil-kwarti-finali huma jaffrontaw ir-rebbieħa bejn Bodo/Glimt u Olympiakos.

Il-poloz tal-Aħħar 16 irriżultaw hekk: 

– Bodo-Glimt v Olympiakos

– Fenerbahce v Rangers

– Ajax v Eintracht Frankfurt

– FCSB v Lyon

– AZ Alkmaar v Tottenham

– Real Sociedad v Manchester United

– Viktoria Plzen v Lazio

– Roma v Athletic Bilbao

Il-poloz tal-kwarti-finali huma: 

– AZ Alkmaar/Tottenham v Ajax/Eintracht Frankfurt

– Bodo-Glimt/Olympiakos v Viktoria Plzen/Lazio 

– Fenerbahce/Rangers v Roma/Athletic Bilbao

– FCSB/Lyon v Real Sociedad v Manchester United 

Il-partiti tal-Aħħar 16 jintlagħbu fis-6 ta’ Marzu (I Leg) u 13 ta’ Marzu (II Leg).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport