Illum f’nofsinhar fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f’Nyon, l-Isvizzera, se jigu mtellgħin il-poloz tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League u fis-1.00 pm dawk tal-UEFA Europa Conference League, li fihom se jieħdu sehem erba’ timijiet Maltin.
Iċ-champions Hibernians se jieħdu sehem fil-UEFA Champions League, iżda mhux se jkunu ssidjati. Huma jinsabu fi Grupp 3 bit-timijiet li huma ssidjati u li jistgħu jiġu kontrihom huma:
Qarabag (Azerbaijan), Sheriff (Moldova), Slovan Bratislava (Slovakkja), Lincoln Red Imps (Ġibiltá) u Shamrock Rovers (Irlanda).
Fil-Conference League se jkunu fil-poloz tliet timijiet Maltin li huma Floriana (rebbieħa tal-FA Trophy) Hamrun Spartans (spiċċaw it-tielet) u Gzira United (ir-raba’).
Il-Maroons jinsabu fi Grupp 3 bl-avversarji tagħhom ikunu wieħed minn ħamsa li mhumiex issidjati. Dawn huma Borac Banja Luka (Bosnja/Herzegovina), Larne (Irlanda ta’ Fuq), Differdange (Lussemburgu), Atletic Club d’Escaldes (Andorra) u Llapi (Kosovo).
Min-naħa tal-Ispartans, huma jinsabu fi Grupp 1 u jistgħu jiġu kontra Dinamo Tbilisi (Georgia), Alashkent (Armenja), Drita (Kosovo), Lechia Gdansk (Polonja) u Milsami Orhei (Moldova).
Floriana jinsabu fi Grupp 5 bl-avversarji tagħhom ikunu wieħed minn dawn: Shkendja (Maċedonja), Dinamo Minsk (Belarus), Partizan (Albanija), SP Tre Penne (San Marino) u Petercub-Hincesti (Moldova).