Monday, July 28, 2025

Uffiċċjal tal-LESA l-Isptar wara inċident bil-mutur fil-Marsa

Aqra wkoll

Uffiċjal tal-LESA ta’ 44 sena residenti Raħal Ġdid ittieħed l-Isptar Mater Dei, hekk kif iktar kmieni kien involut f’inċident bil-mutur fil-Marsa.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-każ seħħ għall-ħabta tal-10:50 a.m., fi Triq Vjal Sir Paul Boffa. Jirriżulta li s-sewwieq żelaq fuq xi fuel li kien hemm fit-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna sakemm l-uffiċċjal ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Sa issa l-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport